Ġesù jqabbel is-saltna ta’ Alla ma’ xibka tal-ħut. Jgħidilna li l-ewwel is-sajjieda jitfgħu x-xibka fil-baħar u wara li jtellgħuha, joqgħodu jagħżlu l-ħut tajba u jarmu dawk ħżiena.
Pawża (5 sekondi)
Huwa jurina li Alla jħobb lil kulħadd u jixtieqna li nħobbuh lura. Dawk li jagħżlu li jħobbuh u jħobbu lill-oħrajn huma bħal dawk il-ħut tajba. Filwaqt li dawk li ma jinterresahomx u ma jridux jħobbu lil Alla u lill-oħrajn huma bħall-ħut ħżiena li s-sajjieda irmew.
Il-prayer space li ser nagħmlu illum jisimha Ħut Tajjeb – ‘Good Fish’ u għaliha għandna bżonn:
Karta b’ forma ta’ ħuta (mill-qafas provdut) (turi l-karta b’forma ta’ huta)
Lapes u kuluri (turi l-lapes u karta)
Ħu ftit ħin biex taħseb x’tista’ tagħmel jew tgħid fil-ħajja tiegħek ta’ kuljum sabiex tkun tista’ tintgħażel mat-tajbin bħall-ħuta tajba.
Fuq il-karta b’ forma ta’ ħuta, ikteb ftit minn dawn l-azzjonijiet tajbin li ġew f’moħħok li bihom inti turi li trid tħobb lil Alla u lill-oħrajn.
Bħalma l-ħuta għandha bżonn l-ilma biex tgħix aħna għadna bżonn lil Alla għalhekk issa tkellem ma’ Alla sabiex jgħinek tagħmel dawn l-azzjonijiet tajbin li ktibt fuq il-karta b’forma ta’ ħuta, fil-ħajja tiegħek ta’ kuljum.
Pawża ta’ talb
Talba ta’ ringrazzjament
Sinjur Alla,
grazzi tal-ħajja li tajtni.
Nitolbok tbierek kulma nagħmel,
biex dak kollu li nagħmel
iwassal għal dinja daqsxejn aktar ferħana.
Grazzi, Sinjur Alla,
għall-ferħ u għat-tbatijiet,
għad-daħk u għall-biki,
għax-xita u għax-xemx,
għas-sema u għall-art.
Grazzi tal-ħajja li tagħtini
u għall-ħajja li għad ngħix fil-ġenna
miegħek għal dejjem.
Ammen.