
Il-ħajja ta’ Santa Monika hija magħġuna minn żewġ virtujiet, il-Paċenzja u l-Perseveranza. Dawn iż-żewġ virtujiet, għalkemm wieħed jaħseb li huma l-istess, hemm ftit ta’ differenza bejniethom.
Il-virtù tal-Paċenzja twassal biex wieħed iżomm il-kalma, ma jgergirx għall-kuntrarju ta’ ħaddieħor. Ħafna drabi din il-virtù wieħed jipprattikaha fir-relazzjonijiet tiegħu m’oħrajn u f’sitwazzjonijiet kuntrarji.
Il-virtù tal-Perseveranza forsi titlob saħħa morali akbar. Għalkemm hija bbażata fuq il-Paċenzja, hija wkoll is-saħħa li tkompli f’sitwazzjonijiet diffiċli fejn tħossok li trid taqta’ qalbek.
Santa Monika hija eżempju ta’ dawn iż-żewġ virtujiet għaliex ipprattikathom mar-raġel tagħha, m’ommu, u fuq kollox mat-tifel Wistin. Santa Monika rnexxielha tara l-konverżjoni ta’ żewġha, tal-kunjata u ta’ binha Wistin.
Sa minn ċkunitha, Santa Monika kienet titlob ħafna, tmur il-knisja u tgħin lill-foqra. Hi kienet għenet lir-raġel tagħha biex jibda jemmen f’Ġesù. L-inkwiet tagħha kien binha Wistin li minkejja li kien jinkwetha ħafna, qatt ma waqfet titlob għalih sakemm dan ikkonverta.
