San Ċirillu u San Metodju

14 ta' Frar

San Ċirillu u San Metodju kienu aħwa, twieldu fis-seklu 9.  Ġew mgħammda bħala Kostantin u Mikiel, dawn kienu bidlu isimhom meta aktar tard bdew jgħixu il-ħajja monastika.

Ommhom kienet mill-Bulgarija u missierhom kien Grieg.  Mikiel (San Metodju), kien uffiċjal tal-gvern, wara mar jgħix f’monasteru Grieg, fejn sar Abbati (dak li jmexxi il-kommunita fil-monasteru).  Kostantin (San Cirillu), sar Filosofu (persuna li jistudja idejat rigward l-għerf, il-verita u dwar in-natura u tifsir tal-ħajja). Ċirillu u Metodju intalbu jmorru missjunarji fl- L-Ukrajina.  Il-Prinċep Ratislav ta’ Moravia (parti mir-Republika Ċeka) għamel talba lill-Emperatur Biżantin biex jintbgħatu missjunarji f’pajjiżu.  Għalhekk minflok marru l-Ukrajina; Ċirillu u Metodju intbgħatu Moravia.

Meta waslu Moravia, Ċirillu beda jittradotta il-Liturġija għall-lingwa Slovakka.  Ħoloq alfabet, li bosta pajjiżi Slavi għadhom jużaw sal-lum.  Il-Knisja fil-Ġermanja opponiet li il-Liturġija tiġi tradotta għall-lingwa Slovakka għax dan kien iffiser li jitilfu il-kontrol fuq il-Kommunita ta’ Moravia.  Ċirillu u Metodju kienu qed jippreparaw kandidati għas-saċerdozju.   Minħabba li ma kienux isqfijiet ma setgħux jordnawhom saċerdoti; għallhekk kellhom immorru mal-kandidati Ruma biex jistgħu ikunu ordnati.  Meta waslu Ruma, sabu li il-kritika Ġermaniża waslet qabilhom.  Madankollu, il-Papa ra l-importanza tal-użu tal-lingwa Slava fil-liturġija tal-pajjiżi tal-lvant tal-Ewropa, u għallhekk il-Papa ta l-approvazzjoni tiegħu bil-kundizzjoni li l-Evanġelju l-ewwel jinqara bil-Latin u wara bil-lingwa Slava. San Ċirillu ma reġax irritorna il-Moravia, marad serjament u ingħaqad fil-ħajja monastika.  Huwa miet ftit wara fl-14 ta’ Frar 869. San Metodju ma setax jirritorna il-Moravia minħabba taqlib politiku li kien hemm fil-pajjiż.  Eventwalment San Metodju ġie ikkonsagrat Isqof u ingħata awtorita fuq il-Kroati, Sloveni u it-territorju ta’ Moravia.  Il-kritika tal-Isqfijiet Ġermaniżi ma waqfitx; saret persekuzzjoni li waslet lill-San Metodju jispiċċa arrestat ġewwa monasteru.  Minkejja li l-kritika ma waqfitx, San Metodju ma qatgħax qalbu.  Huwa maħsub li San Metodju tradotta il-biċċa l-kbira tal-Bibbja kif ukoll il-kitbiet tal-Missirijiet tal-Knisja għal ilsien Slav.  San Metodju miet nhar is-6 ta’ April 884.

Mill-Konċilju Vatikan it-Tieni, il-Liturġija setgħet tiġi iċċelebrata bl-ilsien tal-pajjiż.  Qabel il-Liturġija kienet tkun iċċelebrata bil-Latin.

Bħala ġenituri jista jkun li ma niftakrux it-tibdiliet li saru fil-Liturġija.  Ħeġġeġ it-tfal biex jistaqsu lin-nanniet jew membri oħra tal-familja rigward it-tibdiliet li saru u x’kienu iffisru għalihom.

Il-Papa Franġisku qal li l-użu tal-lingwa tal-Kongregazzjoni tipermetti il-fidili jifhmu u jitħeġġu mill-Kelma ta’ Alla filwaqt li japlikawha f’ħajjithom.

Ħeġġeġ it-tfal biex iwieġbu waqt il-Quddiesa u ikantaw l-innijiet.

Bħala ġenituri għandna noqgħodu attenti għal kliem li nużaw mat-tfal.  Ejjew nagħmlu sforz biex nużaw kliem li jinkoraġixxi.

Ħin ta’ talb għall- Familja

Iddedika ħin ta’ talb għat-tfal biex jesprimu il-fidi taghhom bi kliem spontanju.

Ibdew bil-kliem tal-Kredu ‘Jiena Nemmen f’Alla Wieħed’ u wara komplu b’ Dikjarazzjonijiet adattati mill-Kredu, waqt li it-tfal iwieġbu ‘Jiena nemmen’.

Kif tuża dan l-ispazju

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tal-qaddisin tal-Knisja. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk dwar x'inhi l-qdusija u li jħeġġuk tgħix ħajja dejjem aktar qaddisa.