Alla jixtieq li ħadd minna ma jkun jonqsu xejn jew jkun bil-ġuħ. Huwa jipprovdilna l-ikel speċjali tiegħu li jagħtina s-saħħa u l-qawwa spiritwali biex nħobbu lill-oħrajn kif ħabbna HU. Hekk, bħalu aħna naħdmu biex ħadd ma jkun bil-ġuħ. Madwarna hawn tipi differenti ta’ ġuħ. Hawn min ma għandux l-ikel materjali iżda hawn ukoll min hu bil-ġuħ għall-imħabba, għall-maħfra, għall-paċi, għar-rispett, għall-kuraġġ u iktar.