Għalkemm Ġesù mar għal ftit ħin fil-kwiet, in-nies marru warajh. Fil-għaxija, id-dixxipli qalu lil Ġesù biex jgħid lin- nies jmorru d-dar sabiex jkunu jistgħu jieklu. Ġesù, iżda flok bagħthom, provdilhom hu l-ikel billi għamel miraklu. Provda biżżejjed biex kielu madwar ħamest elef persuna. Ġesù, ħa 2 ħutiet u 5 ħobżiet li kellhom. Wara talab lin-nies jpoġġu bil-qegħda. Hu ħares lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet u d-dixxipli bdew jaqsmuhom lin- nies.
Alla l-Missier jieħu ħsiebna u permezz ta’ Ġesù fl-Ewkaristija jipprovdilna l-ikel li jagħtina s-saħħa spiritwali biex nħobbu lill-oħrajn kif ħabbna HU.
Bħalu, aħna għandna nużaw il-ħin, it-talenti tagħna u dak li għandna għall-oħrajn biex ħadd ma jkun bil-ġuħ.
Il-prayer space li ser nagħmlu illum jisimha Agħtini Niekol u għaliha għandna bżonn:
Madwarna nsibu nies li huma bil-ġuħ għall-affarijiet differenti. Hawn min ma għandux l-ikel materjali iżda hawn ukoll min hu bil-ġuħ għall-imħabba, għall-maħfra, għall-paċi, għar-rispett, għall-kuraġġ u iktar.
Issa, ħu ftit ħin biex taħseb dwar it-tipi differenti ta’ ġuħ li ssib madwarek.
Pawża ta’ 5 sekondi
Fuq il-qafas, forma ta’ ħalq ikteb talba għall kull min għandu xi tip ta’ ġuħ u itlob lil Alla jgħinek tagħraf x’tista’ tagħmel biex tnaqqas dan il-ġuħ. Bħal per eżempju: tgħin u tinkoraġġixxi lill-oħtok li qed tibża’ ħafna mill-eżamijiet jew tista’ titlob lil Alla sabiex jgħinek taħfer lil min weġġgħek.