F’Awwissu ħafna tfal iħobbu jistrieħu u jieħdu gost imma importanti wkoll li nipproteġu lilna nfusna mir-raġġi qawwijin tax-xemx billi nilbsu kappell jew beritta, nuċċali tax-xemx, nużaw dlik protettiv, nevitaw li nkunu barra fl-eqqel tas-sħana u nixorbu ħafna ilma.
- Iġbor 2 oġġetti li jfakkruk fis-sajf bħal beritta, nuċċali u dlik tax-xemx eċċ.
- Imtedd fuq xugaman tal-baħar. Irrilassa billi tieħu nifsijiet ‘il ġewwa u ‘l barra. Isma’ l-mużika bil-ħsejjes tal-baħar.
- Immaġina l-post favorit tiegħek fis-sajf bħal li tkun ħdejn il-baħar jew pixxina.
- Irringrazzja lil Alla għal dawk l-affarijiet li jtuk gost f’dan l-istaġun.