Santa Roża ta’ Lima

22 ta' Awwissu

Santa Roża twieldet Lima, il- Belt kapitali tal-Peru nhar l-20 ta’ April 1586 u fil-Magħmudija ingħatat l-Isem Isabel Flores de Olivia.  

Missierha kien jismu Gaspar Flores u kien suldat fl-Armata Spanjola, Ommha kien jisimha Maria De Olivia.  Roża kienet tifla sabiħa u waħda mill-qaddejja kienet qalet li hi sabiħa daqs warda; u kulħadd beda issejħilha Roża, għal warda, dan l-isem Santa Roża kienet għażlitu meta għamlet il-Griżma; u bih baqgħet tissejjaħ.

Meta kibret Roża saret tfajla sabiħa, li ġibdet l-attenzjoni ta’ ħafna ġuvintur; imma Roża, minn mindu kienet ta’ eta żgħira riedet tingħata kollha kemm hi lil Alla u tidħol soru.  Il-ġenituri tagħha xtaqu li Roza tiżżewweġ, kienu ċerti li ssib ġuvni tajjeb minħabba is-sbuħija tagħha.

Il-kumplimenti li Roża kienet tirċievi minħabba s-sbuħija tagħha kienu iddejquha; tant hu hekk li qagħtet xagħarha u pruvat tkerrah wiċċha.  Il-ġenituri tagħha ma tawhiex permezz biex tidħol soru; għalhekk, ħuha, bena għar zgħir fil-ġnien tagħhom fejn bdiet tgħix.  Aktar il-quddiem daħlet Terzjarja Dumnikana (it-terzjarji huma it-Tielet Ordni Dumnikan li hu magħmul minn persuni miżżewġin jew ġuvintur u xebbiet, li jgħixu skont ir-regola Dumnikana adattata ghall-lajċi).

Il-Familja kellha diffikultajiet finanzjarji u Roża, biex tgħin il-familja bdiet tkabbar il-fjuri u tbiegħhom, kif ukoll bdiet taħdem il-bizzilla għan-nies.  Fil-ħin liberu tagħha, Roża kienet tqatta ljieli mitlufa fit-talb u kontemplazzjoni ta’ Ġesu Sagramentat li kienet tirċievi kulljum, ħaġa rari għal dak iż-żmien.  Matul il-ġurnata kienet tibqa ġewwa l-għar tagħha; kienet issum tlett darbiet fil-ġimgħa u ma kienetx tiekol laħam.  Kienet ukoll tilbes ħwejjeġ skomdi u tagħmel penitenzi ħorox oħra.

Avolja kienet tgħix maqtugħa għaliha waħedha, ma kienetx maqtugħa minn dak li kien qiegħed jiġri madwarha.  Kienet taf dwar it-tbatija li kienu jbatu in-nies minħabba il-korruzzjoni tas-sinjuri u ta’ dawk li kellhom il-poter.  Roża tkellmet fil-miftuħ kontra din it-tbatija inġusta u favur il-missjunarji li kien qegħdin jippruvaw itaffu xi ftit min din it-tbatija.  Roża kienet ukoll tgħin il-morda, il-foqra, dawk bla dar, l-anzjani, b’kull mod li setgħet, anki kienet teħodhom id-dar tagħha stess.

Ta’ spiss lil Roża kienu jiddieħqu biha, speċjalment meta bdiet titkellem dwar dehriet li kellha u vuċijiet mis-sema.  Saħħitha marret lura minħabba l-ħajja iebsa li kienet tgħix, flimkien mal-penitenzi li kienet tagħmel; Roża bdiet tbati minn problemi fl-istonku, deni u artrite.

Roża mietet nhar il-25 ta’ Awwissu 1617 fl-eta ta’ 31 sena.  Il-funeral tagħha attendew għalih ħafna nies minn kull parti tas-soċjeta.  Il-persuni prominenti tal-Belt refgħu it-tebut tagħha.

Il-penitenzi straordinarji fil-ħajja ta’ Santa Roża jistgħu jidhru xi ftit iżżejjed fi żmienijiet tagħna.  Saret ħaġa diffiċli biex tispjega il-valur tal-penitenza f’soċjeta fejn irridu kollox issa qabel għada.

Il-ġenituri iħobbuhom ħafna lil uliedhom; imma mhiex ħaġa tajba li tagħtihom kull ma jridu. Attijiet żgħar ta’ ċaħda, jgħinuhom jiffurmaw u jsaħħu il-karattru tagħhom u jgħinhom iżżommu sħiħ fiż-żmien tal-prova.

Tista titkellem mat-tfal dwar l-importanza li nieklu ikel tajjeb għal saħħitna u li jiċċaħħdu minn ikel inqas tajjeb għas-saħħa. Minnbarra li turi l-valur li tiċċaħħad, eventwalment tkun ta’ Benefiċċju għas-saħħa tal-familja kollha.

Iddiskuti mat-tfal minn jaħsbu li huwa l-isbaħ persuna; xi ħadd li għandu apparenza sabiħa, u li moħħu jew moħħha biex jixtru ħwejjeġ moderni u fl-istess ħin huma egoisti u spjaċevoli ma ħaddieħor; jew persuna b’apparenza inqas sabiħa, ma tilbisx ħwejjeġ tal-moda, imma tkun persuna b’qalbha tajba u ħabib jew ħabiba tal-qalb.  Bħala ġenituri, huwa id-dover tagħna biex nigwidaw lil uliedna il-bogħod minn dak kollu li huwa artifiċjali lejn dak li jgħinhom jiżvilupaw il-personalita’ naturali tagħhom.  It-tfal għandhom bżonn li jkunu apprezzati u ngħamlulhom il-kuraġġ biex ikollhom stima tajba tagħhom infushom. M’għandniex infaħħruhom iżżejjed u ngħallmuhom ihobbu it-tifħir għaliex jistgħu issiru persuni mimlijin b’importanza żejda tagħhom infushom.

Ħin għat-Talb mal-familja

Santa Roża kellha devozzjoni kbira lejn Ġesu’ Ewkaristija.

  • Sibu stampa ta’ l-Aħħar Ċena u għidu l-aħħar posta tar-Rużarju tal-Misteri tad-Dawl.
  • Fi żmien tal-vaganzi, matul il-ġimgħa, attendu għall-Quddiesa flimkien.  Wara l-Quddiesa, ibqgħu ftit iżjed fil-Knisja taduraw lill Ġesu’ Sagramentat.

Bħala ġenituri, irridu noqgħodu attenti għal xi sinjali fl-imġieba ta-tfal li jistgħu ikunu sinjal ta’ diżordni fit-teħid ta’ l-ikel, jew li jweġġgħu lilhom infushom apposta.  Filwaqt li fis-seklu 16 ċerti użanzi kienu ikkunsidrati bħala sinjali ta’ qdusija, illum, ix-xjenza medika, turi li din it tip ta’ imġieba, tista tkun sinjal ta’ problemi psikoloġiċi, li teħtieġ l-attenzjoni.

Kif tuża dan l-ispazju

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tal-qaddisin tal-Knisja. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk dwar x'inhi l-qdusija u li jħeġġuk tgħix ħajja dejjem aktar qaddisa.