Bieb u nagħġa

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex dejjem tħalli l-bieb miftuħ lil Ġesù

Ġieli tkunu qed tagħmel xi ħaġa u f’daqqa waħda jaqbdek il-ġuħ? U taf li fil-kċina hemm xi ħaġa vera tajba tal-ikel imma l-bieb tal-kċina huwa magħluq. Inti, kieku x’tagħmel? 

Tiftħu l-bieb jew tħallih magħluq?

Fil-Vanġelu ta’ Ġwanni 10: 1-10, Ġesù jqabbel lilu nnifsu mal-bieb tal-maqjel. Bħalma 

n-nagħaġ iridu jgħaddu mill-bieb biex jidħlu, anke aħna rridu niltaqgħu ma’ Ġesù biex naslu għand Alla Missierna.

  • Ħu karta b’forma ta’ nagħġa u ikteb ismek fuqha.
  • Imbagħad ħu karta b’forma ta’ bieb u ikteb Ġesù huwa l-bieb li jwassalni għand Alla.
  • Issa iftaħ il-bieb b’idejk u għaddi n-nagħġa minnu u waqt li qed tagħmel hekk itlob, biex dan il-bieb li qed jirrappreżenta lil Ġesù, tħallih dejjem miftuħ biex Ġesù jkun jista’ jgħinek tkun persuna li tħobb u tieħu ħsieb lil ta’ madwarek u  jipproteġik milli tagħmel affarijiet ħżiena.
  • Imbagħad tista’ twaħħal il-karta tal-bieb u tan-nagħġa fuq kartonċina u tpoġġieha ħdejn il-bieb tal-kċina biex tiftakar li trid taċċetta lil Ġesù u tħobb bħalu.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.