Tiftakar meta l-aħħar iċċekjajt it-temperatura? In-numri fuq it-termometru jinbidlu skont it-temperatura tiegħek u juru jekk għandekx deni jew le. Timmaġina kieku kellna nikkalkulaw l-imħabba tagħna għal Alla? Sabiex inkunu nafu kemm inħobbu lil Alla bil-fatti u mhux bil-kliem biss irridu naraw kemm hi kbira l-imħabba li nagħtu lil kull bniedem fid-dinja anke lil dawk li huma differenti minna jew li ma jħobbuniex.
- Ħu ftit ħin biex taħseb fl-imħabba bla kundizzjoni li turi lejn kulħadd inkluż lejn dawk li weġġgħu lilek jew lil xi ħadd għażiż għalik.
- Aħseb fl-inqas persuna li tħobb u fuq il-karta forma ta’ termometru mmarka kemm taħseb li tħobb lil din il-persuna.
- Ħares lejn il-marka tiegħek. Din il-marka turi kemm inti fil-verità tħobb lil Alla.
- Tkellem ma’ Alla dwar iċ-ċentigradi ta’ mħabba li qed tagħti lil Alla waqt li tkun qed tħobb lill-proxxmu tiegħek u dwar ix-xewqa tiegħek li tikber fl-imħabba.