Malta u Għawdex għandhom 365 knejjes – waħda għal kull jum tas-sena! Il-knejjes huma postijiet speċjali fejn nies ta’ fidi jinġabru flimkien u jitolbu.
- Ħu karta ta’ knisja u rringrazzja lil Alla għan-nies li għaddewlek il-Fidi.
- Ikteb talba biex Alla jgħinek tikber fil-fidi u titlob kuljum.
- Poġġi t-talba tiegħek fuq il-mappa ta’ Malta u Għawdex biex inkomplu naqsmu l-fidi tagħna mal-oħrajn u nimlew il-gżejjer tagħna bil-fidi u t-talb.