Naqraw

Luqa 19, 1-10 

1Ġesù daħal Ġeriko u kien għaddej mit-triq. 2Mela jkun hemm raġel, jismu Żakkew; dan kien wieħed mill-kapijiet tal-pubblikani, u kien għani. 3Kellu xewqa li jara min kien Ġesù, imma ma setax minħabba l-folla, billi kien raġel qasir. 4Għalhekk mar jiġri ’l quddiem u xxabbat ma’ siġra tat-tin selvaġġ, għax minn dik in-naħa kien se jgħaddi. 5Ġesù, kif wasal hemm, ħares ’il fuq u qallu: “Żakkew, isa, inżel minn hemm, għax illum jeħtieġli noqgħod għandek.” 6Dak niżel bla telf ta’ żmien, u kollu ferħan laqgħu għandu. 7In-nies, meta rawh, ilkoll bdew igemgmu bejniethom u jgħidu li għand wieħed midneb daħal jistrieħ. 8Imma Żakkew, wieqaf, qal lill-Mulej: “Ara, Mulej, nofs ġidi se nagħtih lill-foqra, u jekk jien qarraqt b’xi ħadd irroddlu għal erba’ darbiet iżjed.” 9Qallu Ġesù: “F’din id-dar illum daħlet is-salvazzjoni, għax dan ir-raġel ukoll huwa bin Abraham. 10Għax Bin il-bniedem ġie jfittex u jsalva l-mitluf.”

Nitolbu

Għażiż Alla, Ġesù kien jaf lil Żakkew b’ismu. Grazzi li inti taf ismi wkoll. Grazzi li taf isimna lkoll u żżommna fi ħdanek. Ammen. 

Ngħixu

Bħal Mattew, Żakkew kien pubblikan. Żakkew ta l-flus li kien seraq lura u l-bqija tahom karità.  

Illum agħti flus għall-karità. 

Attività