Ġesù Rebbieħ

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-maħfra

Ħelow tfal!

Qatt ġralek li ppruvajt ħafna biex ma tagħmilx dnub imma l-isofrizi tiegħek kienu għalxejn?  Bħal qisu l-istint tiegħek ħa l-kontroll tar-raġuni u tal-leħen ta’ Alla f’qalbek! L-Aħbar it-Tajba hi li m’aħniex weħidna fil-ġlieda tagħna kontra il-ħażen, Ġesù qiegħed il-ħin kollu magħna biex iqawwina. Ġesù rebaħ fuq il-ħażen.

Il-prayer space li ser nagħmlu llum fimkien ma dawk li jgħixu magħna jisimha: Ġesù Rebbieħ u għaliha għandna bżonn:

  • 2 tazzi tal- kartun miksija bil-foil jew b’ karta ta’ lewn il- fidda jew id-deheb.
  • Glue
  • 2 pipecleaners
  • Biċċa karta żgħira b’ dan il- messaġġ miktub fuqha: ‘Ġesù Jirbaħ fuq il-Ħażen’

Ibda billi tiksi it-tazzi bil- foil jew b’karta ta’ lewn il-fidda jew id-deheb, weħħilhom qiegħ ma qiegħ u qegħdhom f’ ġenb.

Issa ħu ftit ħin biex taħseb fi dnub wieħed (bħal: gideb, regħba, għira etc.) li tispiċċa tagħmel kuldarba li tħalli l-ispirtu tal-ħażen jikontrolla l-ħsibijiet tiegħek u l-azzjonijiet tiegħek.

Fuq bicca karta ikteb il-kliem: ‘Ġesù Jirbaħ fuq il-Ħażen’ u weħħilha fuq it-tazza ta’ isfel, li qegħda bil-maqlub.

Weħħel 2 pipecleaners waħda fuq kull naħa tat-tazza ta’ fuq biex dan it-trophy jkollu minn fejn iżommu.

Itlob lil Alla biex isaħħaħlek il-Fidi tiegħek u sabiex tibqa’ temmen bis-sħiħ li Hu Jirbaħ fuq kull xorta ta’ ħażen biex hekk aħna nkunu nistgħu nsiru nixbħuh iktar.  

Pawza ta’ ftit ħin miġburin fit-talb.

Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu.  

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.