It-talb huwa importanti ħafna għalina għaliex bit-talb nsiru nafu x’jixtieq Alla minna. Meta nirringrazzjaw lil Alla ta’ kullma nagħmlu nkunu qed nfakkru lilna nfusna li kulma nagħmlu nagħmluh biex nfaħħru lil Alla. Kull meta nagħżlu li b’imħabba, nħennu, ngħinu, nieħdu ħsieb l-ambjent ta’ madwarna, naqsmu dak li għandna u nagħmlu t-tajjeb , dan nagħmluh mhux biex nidru sbieħ aħna imma għall-glorja ta’ Alla.
l-prayer space li ser nagħmlu llum jisimha Għalih u għaliha għandna bżonn:
Ħu ftit ħin biex tirringrazzja lil Alla għat-tajjeb kollu li tagħmel ta kuljum.
Pawza ta’ 5 sekondi
Fuq il-karti forma ta’ farfett, ikteb xi ftit minn dawn l-azzjonijiet tajba li inti tagħmel u li permezz tagħhom tkun qed turi l- glorja, is-sbuħija u l-qawwa t’ Alla.
Permezz tas-sbuħija tiegħu l-farfett jfakkarna kemm hu tassew kbir Alla. Fil-kwiet itlob lil Alla sabiex kulma tagħmel tagħmlu mhux biex tidher int sabiħ/a u popolari imma biex tfakkar lil kulħadd kemm hu kbir Alla.