San Karlu Lwanga u sħabu

3 ta' Ġunju

Aħna imdorrijin nisimgħu dwar qaddisin li kien missjunarji u anki mietu għal Ġesu.  Ħafna drabi Il-mexxeja ta’ dawn il-pajjiżi kien jibżgħu li ser jitilfu is-setgħa tagħhom jekk iċ-ċittadini tagħhom kienu iħaddnu il-fidi Nisranija.

San Karlu ma kienx missjunarju, kien żagħżugħ li ikkonverta għal Fidi Nisranija bit-tagħlim u l-eżempju li kienu jagħtu il-Patrijiet il-Bojod li huma membri ta’ Kongregazzjoni Missjunarja li taħdem fl-Afrika.  Fil-fatt, Karlu, qatt ma kien semgħa b’Ġesu qabel ma ġew dawn il-missjunarji.

Darba fost l-oħrajn, ġew grupp ta’ missjunarji jagħlmu dwar Ġesu ġo villaġġ fl-Uganda, pajjiż ġewwa l-Afrika, fejn kien jgħix Karlu Lwanga.  Karlu beda jinteressa ruħu dwar Ġesu u it-tagħlim Tiegħu.  Karlu wera ix-xewqa tieghu li jsiru Nisrani u irrcieva is-Sagrament tal-Maghmudija.

Karlu kien żagħżugħ b’saħħtu u bil-għaqal, għalhekk ġie magħżul biex isservi ir-Re Mwanga fil-palazz tiegħu.  Xogħol Karlu kien li jieħu ħsieb żgħażagħ oħra li kien isservu lir-Re.  

Karlu beda jagħlem iż-żgħażagħ li kien jaħdmu miegħu dwar Ġesu u dwar il-Fidi Nisranija. Wara li ħadu it-tagħlim meħtieġ, beda jippreparhom biex jirċievu is-Sagrament tal-Magħmudija.  Karlu, mingħajr biża, kien ukoll jiddefendi iż-żgħażagħ quddiem ir-Re meta kien jiġu maħqura minnu.

Ir-Re Mwanga sar jaf li Karlu kien Nisrani u li iż-żgħazagħ li hu kien jieħu ħsieb, kienu qed jippreparaw biex jitgħammdu, għalhekk ordna biex Charles u sħabu jitilqu il-Fidi Nisranija.  Iżda Karlu u iż-żgħażagħ l-oħra, żammew sod u ma rridux jiċħdu il-Fidi Nisranija.

Karluu sħabu ġew msawwta u maħqura u kellhom jimxu 37 mil għal post fejn kien ser immutu għal Ġesu.  B’kollox kienu 22, iż-żgħażagħ li ma ridux jiċħdu il-Fidi tagħhom f’Ġesu.  Karlu Lwanga kellu 26 sena meta miet u l-iżgħar fosthom kien jismu Kizito u kellu 13-il sena.  Karlu Lwanga u Sħabu mietu nhar it-3 ta’ Gunju 1886.  L-aħħar kelmiet ta’ Karlu kienu ‘Alla tiegħi’.   Il-Knisja iddikjarat lill Karlu Lwanga bħala patrun taż-żgħażagh Afrikani.  It-tifkira ta’ San Karlu Lwanga u Sħabu issir fi 3 ta’ Gunju.

Ħeġġu t-tfal sabiex bħal San Karlu Lwanga u sħabu jibqgħu sodi fil-fidi u jxandru dak li jemmnu fih ma’ sħabhom kollha.

Ħudu ukoll l-opportunit sabiex mat-tfal tfittxu fuq il-mappa il-villaġġ tal-Uganda u tiskoppru aktar dwar il-villaġġ.

Kif tuża dan l-ispazju

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tal-qaddisin tal-Knisja. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk dwar x'inhi l-qdusija u li jħeġġuk tgħix ħajja dejjem aktar qaddisa.