Spiss nisimgħu bi gwerrer u vjolenza madwar id-dinja u nindunaw kemm nies ibatu u jgħixu fil-biżgħa. Kif iħossok b’dan? Fit-Tieni Gwerra Dinjija, Anne Frank, tifla Lhudija-Ġermaniża ta’ telttax -il sena, kienet imdejqa bit-tbatija u l-mewt ta’ miljuni ta’ Lhud u nies minn nazzjonijiet oħra, avveniment magħruf bħala ix-Shoah. Anne, ukoll vittma, hija llum simbolu ta’ għaqda bejn nies ta’ għeruq differenti. Il-messaġġ tagħha ta’ tama u l-ġlieda li għamlet għall-ħelsien, tgħix illum permezz tad-djarju tagħha, li jispira reżistenza għal kull diskriminazzjoni, gwerrer, u opressjoni.