Qatt ippruvajt tagħmel xi ħaġa biex tħossok aktar maħbub u speċjali f’għajnejn xi ħadd? Forsi ppruvajt tiżbarazza l-kamra tiegħek jew tmur tixtri. In-nies ta’ madwarna xi drabi jġegħluna naħsbu li aħna maħbubin skont dak li nagħmlu. Alla żgur li ma jħobbniex skont kemm nagħmlu affarijiet tajba. Huwa jħobbna bla kundizzjoni għaliex aħna uliedu.
- Ħu ftit ħin biex taħseb f’affarijiet tajba li għamilt dan l-aħħar.
- Fuq sticky note ikteb jew pinġi ftit minn dawn l-affarijiet tajba li inti għamilt.
- Issa, weħħel din l-isticky note fuq wara ta’ mera żgħira.
- Meta tkun lest ħares lejn il-mera. Ieqaf u fakkar lilek nnifsek li dan hu l-mod kif Alla jħares lejk u jħobbok.
- Irringrazzja lil Alla talli jħobbok għal dak li int – bħala ibnu jew bintu mhux għal dak li kont kapaċi tagħmel.