Nirriċiklaw il-plastic

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-aktar ġustizzja fid-dinja u inqas ħela

Il-plastik qiegħed jagħmel ħsara kbira lill-ibħra, l-oċeani u l-kreaturi kollha tal-baħar u lill-ambjent ta’ madwarna. Din il-ħsara nistgħu nnaqqsuha billi narmu inqas plastik u nerġgħu nużaw jew noħolqu affarijiet ġodda bl-iskart tal-plastik li jkollna. 

  • Iġbor xi oġġetti tal-plastik mid-dar. Staqsi lilek innifsek kif tista’ terġa’ tuża jew tirriċikla dawn l-oġġetti.
  • Għid jew ikteb talba biex tikkommetti ruħek li tirriċikla u tarmi inqas plastik.
  • Jekk tixtieq ara dan il-filmat qasir li jista’ jtik iktar ideat kif tista’ toħloq oġġetti jew arti mill-iskart tal-plastik.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.