Id-Dubju

It-tieni karattru fil-mixja tagħna waqt ir-Randan

Fil-Bibbja hemm informazzjoni limitata dwar Nikodemu, ħlief għall-Evanġelju skont Ġwanni. Nikodemu kien Fariżew jew mexxej reliġjuż edukat, x’aktarx li kellu pożizzjoni fl-istituzzjoni Lhudija tat-teħid tad-deċiżjonijiet, is-Sinedriju. It-taħriġ edukattiv tiegħu fid-dibattitu, l-inkjesta u r-raġunament ħoloq ġlieda għalih biex iwieġeb il-mistoqsija preżentata minn Ġesù dwar it-twelid mill-ġdid biex jidħol fis-saltna t’Alla (Aqra Ġwanni 3).

Naħseb li huwa importanti li wieħed jinnota żewġ aspetti dwar din iż-żjara bil-lejl. L-ewwel, “lejl” jintuża metaforikament fl-Evanġelju skont Ġwanni biex jirrappreżenta n-nuqqas t’Alla. Tabilħaqq, aktar tard f’kapitlu 3 (versi 19-21), il-kittieb jikkundanna lil dawk li jippreferu d-dlam milli d-dawl. It-tieni, il-vjaġġ tad-dixxiplu (jew il-fedeltà) jibda meta nersqu lejn Alla. Nikodemu avviċina lil Ġesù bil-lejl għar-raġunijiet tiegħu stess, x’aktarx biża’ – biża’ li jidher minn ħaddieħor imma, forsi, biża’ li jidher ma’ Ġesù fix-xemx.

B’dan l-ewwel avviċinament lejn Ġesù, Nikodemu huwa kompletament imħawwad u konfuż. Huwa facli ħafna li nidentifika għal kollox ma’ Nikodemu fil-konfużjoni tiegħu meta Ġesù beda jitkellem dwar li wieħed jitwieled mill-ilma u mill-Ispirtu; imbagħad isemmi lil Mosè li jerfa’ s-serp. Nimmaġinani faċilment bilqiegħda ħdejn Nikodemu u niskanta.

Imma Nikodemu reġa’ deher u huwa msemmi darbtejn oħra fl-Evanġelju skont Ġwanni: F’kapitlu 7, versi 50-52 Nikodemu ta difiża lil Ġesù f’nofs konflitt aħrax bejn Ġesù u l-awtoritajiet reliġjużi; u f’kapitlu 9, versi 38-42 fejn għen lil Ġużeppi ta’ Arimatea jidfen il-ġisem ta’ Ġesù. Aħna mfakkra f’v. 39 li Nikodemu l-ewwel avviċina lil Ġesù bil-lejl u hawn kien fid-difna ta’ Ġesù, Nikodemu provda provvista abbundanti ta’ ħwawar li bihom tista’ tuża għall-ġisem. Nimmaġina l-att li jdawwar il-ġisem ta’ Ġesù bi ħwawar tad-dfin imbagħad għad-dfin innifsu bħala att ta’ proklamazzjoni kemm minn Nikodemu kif ukoll minn Ġużeppi ta’ Arimatea. Il-kittieb tal-Evanġelju qed jissuġġerixxi li Nikodemu telaq mid-dellijiet ta’ sfiduċja tal-lejl għad-dawl qawwi tal-fiduċja. Id-dehra ta’ Nikodemu matul l-Evanġelju tissuġġerixxi li t-twemmin f’Ġesù huwa moviment, jew vjaġġ, jekk trid. Kittieb jinnota li: “Fl-Evanġelju skont Ġwanni ‘il-fidi’ qatt ma hija nom. Li temmen … huwa verb.”

Kultant wieħed jesperjenza dubji dwar il-fidi xi drabi – “Għandi” ħafna drabi, qal il-Papa Franġisku – iżda dubji bħal dawn jistgħu jkunu “sinjal li rridu nkunu nafu lil Alla aħjar u aktar fil-fond.”

“M’għandniex għalfejn nibżgħu minn mistoqsijiet u dubji għax huma l-bidu ta’ triq t’għarfien u li jmorru aktar fil-fond; min ma jagħmilx mistoqsijiet ma jistax jimxi la fl-għarfien u lanqas fil-fidi,” qal il-Papa fit-23 ta’ Novembru fis-sena 2016 fl-udjenza ġenerali tiegħu ta’ kull ġimgħa.

Huwa qal li ċ-ċavetta hija li wieħed jara dawk id-dubji bħala sejħa biex japprofondixxi l-fidi tiegħu jew permezz ta’ studju jew billi tfittex il-gwida ta’ nies oħra. “Biex tagħmel dan, huwa meħtieġ li nisimgħu l-kelma ta’ Alla u nifhmu dak li tgħallimna,” huwa qal. “Iżda, fl-istess ħin, triq daqstant importanti hija dik li tgħix il-fidi kemm jista’ jkun.”

Meta l-fidi titqies prinċipalment bħala “teorija astratta,” huwa qal, “id-dubji jimmultiplikaw.”

Imma meta l-fidi tgħix u tintwera fis-servizz lil ħaddieħor, il-Papa qal, “allura ħafna dubji jgħibu għax aħna nħossu l-preżenza ta’ Alla u l-verità tal-Evanġelu fl-imħabba li, bl-ebda mertu tagħna, tgħix fina u li naqsmu ma’ ħaddieħor.”  L-aħħar darba li niltaqghu ma’ Nikodemu huwa meta joffri servizz fid-difna ta’ Kristu.

Matul din il-ġimgħa tistgħu wkoll titolbu l-Via Matris flimkien bħala familja. Segwi kif hawnhekk.

Illum se nsiru nafu ftit aħjar min hu Nikodemu. Nikodemu huwa deskritt bħala Fariżew. Il-Fariżej kienu grupp ta’ Lhud li kienu attenti ħafna biex iħarsu l-Liġi, u ħafna drabi ġġieldu ma’ Ġesù matul il-ministeru Tiegħu. Ġesù spiss ikkundannahom għax kienu stretti wisq. Fatt interessanti huwa li San Pawl kien ukoll Fariżew qabel ma segwa lil Ġesù.

Dak li nafu dwar Nikodemu huwa li kien raġel tajjeb, u li kien qed ifittex il-verità. Fil-fatt, huwa mar ikellem lil Ġesù, u Ġesù qallu wieħed mill-aktar versi magħrufa fil-Bibbja. Tafu li x’qallu Ġesù? Ġesù qal lil Nikodemu: “Għax Alla tant ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx imma jkollu l-ħajja ta dejjem.” Ġesù qal li ftit biss se jiġu salvati? LE, Ġesù jgħid li kull min jemmen jiġi salvat. Din hija aħbar tajba!

Nikodemu mar ikellem lil Ġesù
Nikodemu ukoll, għen sabiex Ġesù jindifen kif suppost.

Nafu wkoll li Nikodemu kien mexxej tal-Lhud u kien saħansitra tip ta’ mħallef. Taf x’jagħmel imħallef? Imħallef jieħu deċiżjoni jekk xi ħadd għamilx xi ħaġa tajba jew ħażina. Fil-fatt, Nikodemu kien wieħed min-nies li kellhom jiddeċiedu jekk Ġesù għandux imur quddiem Pilatu, u lkoll nafu x’ġara meta Ġesù mar quddiem Pilatu. Pilatu bagħtu biex jiġi msallab.

Imma taf x’inhi verament aħbar tajba? Nikodemu fl-aħħar emmen li Ġesù kien l-iben ta’ Alla. Huwa mhux biss għen biex jidfen lil Ġesù b’mod xieraq iżda Nikodemu huwa deskritt ukoll bħala dixxiplu ta’ Ġesù, u dan ifisser li verament emmen.

Ejjew nitolbu lil Ġesù biex jgħinna nemmnu fih kif emmen fih Nikodemu.

Waqt li npinġu t-tpinġija ta’ Nikodemu, niftakru u nitolbu f’dawk kollha li ma jemmnux f’Alla. Niftakru u nitolbu wkoll għal dawk li d-dubji tagħhom iwaqqfuhom milli jaċċettaw f’ħajjithom l-imħabba ta’ Alla għalihom: niftakru fihom u nitolbu għalihom biex huma wkoll jitgħallmu jgħixu fuq l-eżempju ta’ Nikodemu.

Nikodemu hu t-tieni karattru mill-Passjoni ta’ Ġesù li se nkunu qed niddiskutu fi żmien ir-Randan. Żur is-sit tagħna l-ġimgħa d-dieħla biex titgħallem fuq karattri oħra, u sal-aħħar tar-Randan ikollok ix-xena kollha tal-Passjoni ta’ Ġesù!