Ħelow tfal!
Qatt rajt kif jiġi milqugħ b’ ħafna ċapċip xi mexxej politiku minn dawk li jsegwuh? Il-mexxejja ġeneralment jintlaqgħu bil-briju għax is-segwaċi jafdawhom. Huma jafdaw li l-mexxej tajjeb tagħhom jimpurtah ġenwinament minnhom u ser jagħmel minn kollox biex huma jkunu jistgħu jgħixu ħajja aħjar minn dik li qed jgħixu bħalissa.
Meta Ġesù kien fi triqtu lejn Ġerusalemm, il-folla rat fih mexxej kbir li seta’ jagħtihom il-libertà li riedu mill-ħakma tar-Rumani. Huma raw f’ Ġesù sultan li seta’ jwassalhom biex jgħixu ħajja aħjar.
Il-prayer space li ser nagħmlu llum fimkien ma’ dawk li jgħixu magħna jisimha – Idejn tal-Palm u għaliha għandna bżonn:
Ħu ftit ħin biex taħseb f’aġġettivi li bihom tista’ tiddeskrivi lil Alla tiegħek bħal Twajjeb, Ħanin, u Sultan.
Pawża ta’ 5 sekondi
Pawża ta’ 10 sekondi miġburin fit-talb.
Poġġi din il-palma tal-karti x’imkien li tfakkrek fil-kwalitajiet sbieħ li għandu Alla tiegħek. Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu.