Ieqaf u isma’

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba t'apprezzament lejn Alla

Jekk irridu nisimgħu l-vuċi ġewwa fina, l-ewwel irridu nieqfu u nisktu biex ninqatgħu mill-ġenn ta’ madwarna u nkunu nistgħu nikkalmaw. B’dan il-mod inkunu nistgħu nisimgħu l-vuċi ta’ Alla li qed tipprova tkellimna.  

  • Oqgħod f’post għall-kwiet u poġġi xi ftit mużika baxxa u riflessiva f’widnejk. 
  • Ħu nifsijiet bilmod, ‘il ġewwa u ‘il barra fil-fond.
  • Gawdi l-esperjenza tas-silenzju u l-kalma għal ftit minuti.
  • Kun konxju/a ta’ kemm hi sabiħa l-ħajja u kun grat/a lil Alla li tgħix u li tinsab fil-preżenza tiegħu.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.