Hello tfal,
Il-plejers tal-futbol iridu jiffaċċjaw ħafna ostakli qabel ma jiskorjaw gowl jew jirbħu logħba. Fil-ħajja wkoll niffaċċjaw ħafna problemi jew sitwazzjonijiet diffiċli li jfixkluna. Ir-reżiljenza hi saħħa li jtik Alla biex tħares lejn il-ħajja bil-kuraġġ u d-determinazzjoni speċjalment f’sitwazzjonijiet iebsin, mingħajr ma taqta’ qalbek, għax taf li Alla se jgħinek .
Din ir-rokna ta’ talb jisimha Il-Futbol Isaħħek.
Ikollok bżonn:
- Ballun tal-futbol
- Karta vojta jew template ta’ futbol
- Pinna u kuluri
- Aqbad ballun tal-futbol f’idejk. Jekk m’għandekx ballun tal-futbol pinġi ballun fuq karta vojta.
- Aħseb f’xi sitwazzjonijiet jew diffikultajiet li fihom tħossok tibża’ jew taqta’ qalbek.
- Jekk qiegħed barra jew f’xi post bla periklu, agħti daqqiet ta’ sieq lill-ballun.
- Waqt li tagħmel dan, għid talba biex Alla jtik il-kuraġġ tiffaċċja dawn is-sitwazzjonijiet bil-kuraġġ u s-saħħa li jtik Hu.
- Jekk tixtieq tista’ tikteb din it-talba.