Il-ħames swaba ta’ talb

Spazju ta’ talb fid-dar

IL-ĦAMES SWABA TA’ TALBA blue and black logo

Description automatically generated

Iftaħ idejk u ħares lejn il-5 swaba’ ta’ waħda minn idejk. Kull wieħed minn subgħajk se jfakkrek għal min tista’ titlob.

  • Fuq karta A4, penġi l-forma ta’ idejk.
  • Qasqas il-forma ta’ idejk u fuq kull wieħed minn subgħajk ikteb dan li ġej:-
  • Il-kbir: il-familja u l-ħbieb,                    
  • Il-werrej: il-mexxejja u l-għalliema
  • Il-fustani: il-gvernijiet u l-pulizija        
  • Taċ-ċurkett: il-morda u l-foqra
  • Iż-żgħir: jien u l-ħtiġijiet tiegħi.
  • Waħħel il-forma ta’ idejk ma’ stikka tal-injam u poġġi l-istikka fil-ħamrija.
  • Ħares lejn din l-id tal-karti u ħu l-ħin biex tgħid il-ħames talbiet tiegħek skont l-intenzjonijiet li ktibt fuq kull wieħed minn subgħajk.   

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.