Wara li Ġesù qam mill-imwiet, huwa qal lid-dixxipli tiegħu biex jaqsmu l-messaġġ tiegħu mal-oħrajn, jgħammdu lin-nies, ifejqu lil min hu marid, jaħfru d-dnubiet, jitimgħu lil min hu bil-ġuħ u jieħdu ħsieb il-foqra. Ġesù talabhom biex jagħmlu d-dinja post aħjar.
- Aħseb dwar dawk l-affarijiet li fid-dinja mhumiex sew.
- Aħseb dwar xi ħaġa li tista’ tagħmel inti biex id-dinja tkun post aħjar.
- Ħu sticky note, ikteb jew pinġi talba lil Alla biex jgħinek tagħmel dak li inti ħsibt biex tagħmel id-dinja aħjar. Waħħalha fuq il-mappa tad-dinja.