Ismi

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba ta' ringrazzjament

Ġieli saqsejt lill-ġenituri jew pruvajt tfittex xi jfisser ismek? Fit-12 ta’ Settembru niċċelebraw l-isem imqaddes ta’ Marija. L-isem ta’ Marija jfisser maħbuba. Marija kienet magħżula għall-missjoni importanti ħafna – li twassal l-Iben t’Alla fid-dinja, u għalhekk kienet maħbuba u magħżula minn Alla.

  • Fil-ġenb ta’ karta, ikteb ismek b’ mod wieqaf. Ħares lejn ismek u irriffletti ftit fuqek innifsek. 
  • Aħseb fuq kull ittra u minn kull ittra oħroġ aġġettiv sabiħ li jiddiskervik. Jekk teħel ftit, staqsi lil tal-familja jew lil sħabek, għax dawn jkunu raw affarijiet pożittivi fik li inti ma tkunx rajt.
  • Żejjen l-karta bil-kuluri u stickers, u weħħilha x’imkien fejn tarha kuljum.
  • Inġabar ftit fil-kwiet u għid talba ta’ ringrazzjament lil Alla għall-karatteristiċi sbieħ li hemm fik.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.