Qatt xtaqt li tara, li jkollok jew li tagħmel xi ħaġa li kienet kważi impossibli? L-Għid huwa żmien ta’ ferħ għaliex għal Alla tagħna xejn ma hu impossibli. Huwa bagħat lil Ibnu Ġesù biex permezz tal-passjoni, l-mewt u l-qawmien tiegħu, huwa jħallas għad-dnubiet tagħna biex xi darba nkunu nistgħu immorru l-Ġenna.
- Ħu ftit ħin biex taħseb kemm hu kbir Alla tagħna. Tant hu kbir li fit-tielet Jum Ġesù qam mill-mewt.
- Fuq wieħed mill-platti tal-karti pinġi salib u fuq il-platt l-ieħor pinġi bajda tal-Għid kbira.
- Qasqas il-platt li fuqu hemm il-bajda tal-Għid minn nofs. Waħħal it-truf ta’ dawn iż-żewġ nofsijiet bil-butterfly clips mal-platt tas-salib.
- Iftaħ il-bajda tal-Għid u waqt li tħares lejn is-salib għid grazzi lil Ġesù li bil-mewt u l-qamwien tiegħu inti tista’ tibda ħajja ġdida.