Hello Tfal! Kif intom?
M’hemmx isbaħ milli tirċievi xi ittra mingħand xi ħadd li tħobb! Żgur li xi ħadd qalilna, u dejjem nibqgħu nitgħallmu kemm Alla jħobbna, li l-imħabba tiegħu hija unika u li ħadd ma jħobbna daqsu! Niftakru dejjem li l-imħabba mhix biss emozzjoni, iżda deċiżjoni li nuruha f’dak li naħsbu, f’dak li nixtiequ, f’dak li ngħidu, u b’dak li nagħmlu. Il-Prayer Space tal-lum jisimha: Ittra Ta’ Mħabba.
Għaliha wieħed għandu bżonn:
Sib rokna għall-kwiet u aħseb ftit f’xi ħaġa li tixtieq tgħid lil Alla biex turih li taprezza l-imħabba kbira li għandu għalik. Aqbad il-karta u kompli uri dan lil Alla billi tiktiblu ittra jew poeżija, jew tpinġilu stampa sabiħa fuq il-letter pad jew karta. Meta tlesti itwi l-karta. Waqt li żżomm l-ittra f’idejk kompli kkomunika m’Alla dwar l-imħabba kbira tiegħu għalik, billi twegħdu, li se tkompli turih li tħobbu permezz ta’ dak kollu li taħseb, f’dak li tixtieq, f’dak li tgħid u tagħmel ta’ kuljum.
Saħħa Tfal! Sakemm nerġgħu niltaqgħu.