Naqraw

Mattew 13, 31-32  

31Ġabilhom parabbola oħra u qalilhom: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel ikun qabad u żeragħha fl-għalqa tiegħu. 32Hija tabilħaqq l-iżgħar waħda fost iż-żrieragħ kollha, iżda meta tikber, tkun l-akbar waħda fost il-ħxejjex u ssir siġra, hekk li l-għasafar tal-ajru jiġu jbejtu fil-friegħi tagħha.”

Nitolbu

Għażiż Mulej, għinna niftakru li kull darba li nitkellmu dwar Ġesù ma’ xi ħadd, inkun qegħdin inkabbru Saltnatek. Kull wieħed u waħda minna, aħna importanti, il-kobor jew ċokon tagħna ma jagħmilx differenza. Ammen. 

Ngħixu

Fil-qari tal-llum, nisimgħu li ż-żerriegħa tal-mustarda hija l-iżgħar fost iż-żrieragħ kollha, u minkejja dan tikber u ssir siġra kbira. 

Inti tieħu gost meta xi ħadd ifaħħrek jew jirringrazzjak għal dak li tagħmel? Illum għamel affarijiet żgħar għall-oħrajn, poġġi l-affarijiet lura f’posthom, irranġa l-mejda għall-ikel, agħti l-ikel lill-pets, agħmel dawn l-affarijiet qabel ma xi ħadd jistaqsik. X’aktar nistgħu nagħmlu?  

Illum insumu milli nistennew lil min ifaħħarna!  

Attività