
Mhux dejjem faċli nagħmlu t-tajjeb li Alla jixtieqna nagħmlu. Xi drabi biex nagħmlu t-tajjeb jkollna mmorru kontra dak li jidher eħfef u isbaħ. Alla jibqa’ dejjem magħna anke meta nkunu qisna bħal dgħajsa tiġġieled kontra l-kurrent u mewġ kbir.
➢ X’qed itellfek milli tagħmel it-tajjeb? Il-mewġ ta’ kontrik jista’ jieħu forom differenti; użu żbaljat tal-midja soċjali? Għażż? Jew eżempji ħżiena li tara madwarek?
➢ Ħu tlett strixxi tal-karti blu, u fuq kull waħda ikteb dak li jżommok mill-timxi fis-sewwa bħall-mewġ ta’ kontrik. Issa gerbeb dawn l-istrixxi u weħħilhom fuq il-qafas tad-dgħajsa pprovduta.
➢ Issa tista’ titlob lil Alla jgħinek tibqa’ sod kontra l-kurrent waqt li tkun qed tagħmel dak li Hu jixtieq minnek.
