Qatt rajt lil xi ħadd jitgħammed? Ġesù ukoll tgħammed! Dakinhar l-Ispirtu s-Santu niżel fuq Ġesù biex jibqa’ dejjem miegħu u Alla l-Missier wera min kien Ġesù meta qal; “Inti Ibni l-għażiż; fik sibt l-għaxqa tiegħi”. Kif inħossni jekk nisma’ lil Alla jgħid li hu kuntent bija?
- Ħu ftit ħin biex timmaġina l-magħmudija tiegħek, meta l-Ispirtu s-Santu niżel fuqek u Alla kien ferħan ħafna bik.
- Agħti l-kulur lill-kliem li ssib fuq waħda minn dawn il-karti b’ forma ta’ inkwardru. Tista’ ukoll tikteb id-data tal-magħmudija tiegħek.
- Kompli billi tirringrazzja lil Alla l-Missier, lil Ibnu Ġesù u lill-Ispirtu s-Santu li jitgħaxxqu bik.