L-ilma li jaqta’ l-għatx

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għal dawk fil-bżonn

Fid-dinja hawn ħafna tfal u anki adulti li qegħdin imutu bil-għatx għax m’għandhomx ilma nadif x’jixorbu, speċjalment f’pajjiżi foqra. Imma ħafna nies mhumiex neqsin biss mill-ilma jew mill-ikel jew minn dar fejn joqogħdu. Hawn nies li huma neqsin mill-imħabba, il-ferħ, il-ħbiberija u l-paċi u għalhekk huma bil-għatx għal dawn l-affarijiet.

Din ir-rokna ta’ talb jisimha: l-ilma li jaqta’ l-għatx.

Ikollok bżonn:

  • Fliexken tal-plastik
  • Labels
  • Markers jew pinen
  • Agħżel tip ta’ għatx li hemm miktub fuq il-fliexken. 
  • Ħu karta forma ta’ flixkun u fuqha ikteb it-tip ta’ għatx li għażilt.
  • Ikteb x’tista’ tagħmel int biex taqta’ l-għatx ta’ persuna oħra.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.