Nimxu ‘l quddiem

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba biex nimxi ‘l quddiem

Hello Tfal!

Minjaf kemm-il darba mortu piknik u ħadtu r-rota magħkom, jew ħriġtu xi dawra bir-rota ma’ ħutkom jew sħabkom, jew anke forsi għamiltu xi tellieqa! 

Intom u ssuqu r-rota ġieli nnuttajtu li l-imgħażel (spokes) ta’ kull rota jduru flimkien? X’inhu dak li jgħaqqad dawn l-imgħażel flimkien? Huwa ċirku ċkejken li nsejħulu “fus”. Il-fus jgħin biex ir-roti jimxu flimkien u hekk iċ-ċiklist imexxi r-rota ‘l quddiem u bil-pass il-pass jasal fejn jixtieq. Kull sena, madwar id-dinja kollha, bejn it-18 u l-25 ta’ Jannar l-Insara kollha jingħaqdu flimkien bħall-aħwa, biex jitolbu għall-għaqda bejniethom. Ġesù huwa dak li jgħaqqadna flimkien bħalma l-fus tar-rota jgħaqqad l-imgħażel flimkien. 

Il-Prayer Space tal-lum jisimha: Nimxu ‘l quddiem

Għal din il-Prayer Space, għandkom bżonn:

  • Rota, stampa ta’ rota (kwalunkwe, mhux bilfors li tinstaq) jew filmat ta’ rota ddur (fittex fuq l-internet).
  • Karta plain jew kartuna (kulur li jkun)
  • Kuluri jew markers, lapes u pinna
  • Rokna għall-kwiet

Ħares ftit lejn ir-rota ddur, jew suq ftit ir-rota filwaqt li taħseb ftit:

Fuq il-karta plain pinġi rota (ċirku daqsxejn kbir, ċirku ieħor żgħir f’nofsu u linji jagħqdu ż-żewġt iċrieki) 

Fuq il-fus ikteb il-kelma Ġesù u bejn l-imgħażel ikteb sitwazzjonijiet li għaddejt minnhom fejn għent biex ikun hemm iktar imħabba.

Erġa’ suq ftit ir-rota filwaqt li tirringrazzja ‘l Alla li kien preżenti miegħek f’dawn is-sitwazzjonijiet u biex ikompli jgħinek timxi ‘l quddiem.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.