Qatt għamilt xi ħaġa ħażina u mort tistaħba? Min jaf kemm domt moħbi taħt is-sodda jew f’xi rokna oħra! Alla ma jridx li nibqgħu moħbija. Qed jistenniena b’ħafna paċenzja biex noħorġu mid-dlam u nitolbuh maħfra.
- Aħseb f’xi ħaġa ħażina li għamilt u li għax għamiltha tħoss li għandek tistaħba.
- Poġġi pupu żgħir f’waħda minn dawn il-kaxxi ż-żgħar u immaġina li inti minflok dak il-pupu moħbi f’dik il-kaxxa.
- Agħlaq għajnejk u tkellem ma’ Alla dwar il-ħażin li għamilt u għidlu li tixtieq toħroġ mill-moħba tiegħek.
- Wara li toħroġ il-pupu minn ġol-kaxxa, jekk għandek bżonn, tista’ tipprepara ruħek biex tmur tqerr.