Ħelow tfal!
Diffiċli ħafna tgħix f’ deżert għaliex huwa niexef ħafna u fejn m’hemmx ilma m’hemmx ħajja. Ġesù qalilna li jekk nimxu warajh qatt ma jkollna għatx u bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu nsiru bħal xmajjar ta’ ilma ħaj għal dawk kollha li niltaqgħu magħhom.
- Ħu ftit ħin biex taħseb kif tħossok meta tħoss li qed tgħix ġo deżert bil-għatx.
- Fuq karta b’ forma ta’ qatra ilma pinġi wiċċ li inti bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu tista’ tati l-ħajja lill-oħrajn u li inti tista’ titkellem ukoll.
- Fuq biċċa karta żgħira ikteb jew pinġi talba biex titlob lil Alla jimlik bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.
- Għid din it-talba lil Alla f’qalbek.