In-nies li jgħinuna huma bħall-anġli mibgħuta b’ħafna mħabba mis-sema. Alla qed jibgħatna bħall-anġli li jixtiequ jgħinu u jservu lil dawk li jinsabu fil-bżonn.
- Aħseb f’min għandu bżonn l-għajnuna u l-attenzjoni tiegħek.
- Qasqas il-karta b’forma ta’ anġlu, ikteb ismek fuqha bħala sinjal li inti trid taqdi u sservi lil min għandu bżonn l-għajnuna tiegħek u għaqqad l-anġlu.
- Jekk trid, agħlaq għajnejk u itlob lil Alla jgħinek biex taqdi bil-ferħ lil min għandu bżonn l-għajnuna tiegħek.