Ġieli saqsejt lilek innifsek minn fejn jiġi d-dawl tal-Qamar? Kull meta nieħdu gost nħarsu lejn id-dawl tal-qamar inkunu qed napprezzaw il-kapaċità li għandu l-qamar li jirrifletti d-dawl tax-Xemx. Bħall-Qamar, aħna wkoll msejħin biex nirriflettu d-dawl uniku u veru tad-dinja – Id-dawl ta’ Alla. Dan nagħmluh fuq l-eżempju ta’ San Ġwann il-Battista.
L-appostlu Ġwanni jiddeskrivi lil San Ġwann il-Battista hekk:
“Ġwanni ma kienx id-dawl, imma ġie biex jixhed għad-dawl.” Ġwanni 1:6
Bħalu aħna rridu nagħmlu kulma nistgħu biex nuru lil kulħadd kemm hu tajjeb u ħanin Alla tagħna.
Il-prayer space li ser nagħmlu llum jisimha: Rifless il-Qamar u biex nagħmlu dan għadna bżonn:
Ħu ftit ħin biex taħseb kif tista’ tirrifletti d-dawl ta’ Alla f’ dak kollu li tgħid u tagħmel fil-ħajja tiegħek ta’ kuljum. Ħu biċċa fojl u rrombla f’ballun. Issa ħu t-torċ u ixgħela faċċata tal-ballun tal-fojl biex b’hekk dan ikun jista’ jirrifletti d-dawl tagħha.
Issa tista’ titlob lil Alla jgħinek biex f’dak kollu li tgħid u tagħmel tirrifletti d-dawl tiegħu.
Pawza miġburin fit-talb.
Saħħa ħbieb sakemm nerġgħu niltaqgħu.