San Ċirillu ta’ Ġerusalemm

18 ta' Marzu

L-ewwel snin tal-Knisja kienu ta’ sfida għall-Fidi.  Kienet assedjata b’ereżiji li kienu jitfu dubji fuq it-twemmien u d-duttrina fundamentali tal-Fidi Kattolika.  Waħda minn dawn l-ereżiji kienet l-Arjaniżmu, imsemmija hekk għal Arius li kien bdieha.  Din l-ereżija kienet tgħallem li Ġesu’ ma kienx Divin u ma kienx ħaġa waħda mal-Missier.

San Ċirillu twieled madwar is-sena 315.  Ftit huwa magħruf dwar it-tfulija tiegħu, ħlief li l-ġenituri tiegħu kienu Nsara u li trabba f’Ġerusalemm.  Mid-dehra Ċirillu kien jagħmel parti minn grupp li kienu jissejħu Solitarji.  Dawn kienu irġiel devoti li filwaqt jibqu jgħixu f’darhom u mhux ġo monasteru, ma kienux jiżżewwġu u kien jiddedikaw ħajjithom għat-talb, penitenza u servizz lejn il-proxxmu.

Ċirillu ġie ordnat djaknu u wara saċerdot, mill-Isqof Massimu, li huwa ukoll Qaddis, u ħatru bħala dak li kien jipprepara u jgħallem lill-katekumeni.  Dawn kienu jitghallmu l-katekiżmu bi preparazzjoni għall-Magħmudija li kienet issir nhar l-Għid.  Wara l-mewt ta’ Massimu, Ċirillu ġie ikkonsagrat bħala Isqof ta’ Ġerusalemm.

Meta Ġerusalemm kien hemm għaks kbir, il-fqar u dawk bil-ġuħ kienu jmorru għand l-Isqof Ċirillu għal għajnuna.  Meta beda jara ħafna nies qed imutu bil-ġuħ, biegh xi affarijiet mill-knisja biex jitma lill-fqar.  Huwa ġie akkużat li biegh l-affarijiet tal-knisja biex iżżomm il-flus għalih u ġie imkeċċi mid-djoċesi tiegħu.

Imma l-ikbar sfida ta’ l-Isqof Ċirillu kienet li kellu jiffaċċja kienet meta inqabad fil-konflitt bejn l-Isqfijiet li baqgħu iżżommu mat-twemmien tal-Knisja Kattolika u dawk l-Isqfijiet li bdew jiffavorixxu l-Arjaniżmu.  L-ikbar konflitt li kellu kien ma Isqof Arjan jismu Acacius, mhux biss minħabba id-differenzi fit-twemmien, imma ukoll minħabba l-problema tat-territorju, li bħala l-Isqof ta’ Ġerusalemm, Ċirillu ħass id-djoċesi tiegħu ma kienetx taghmel parti minn dik ta’ l-Isqof Acacius.  Minħabba f’hekk l-Isqof Ċirillu spiċċa eżiljat darbtejn oħra l-barra minn Ġerusalemm, darba minnhom kien eżiljat għal ħdax-il sena!

Waqt il-Konċilju ta’ Konstantinopli, Ċirillu ġie meħlus minn kull inġustizzja u l-Arjaniżmu ġie ikkundannat.  Ċirillu baqa Isqof ta’ Ġerusalemm għal tmien snin oħra fejn ħadem bla waqfien biex jistabbilixxi l-paċi, jieqfu il-konflitti u jippromovi it-twemmien fundamentali tal-Fidi Kattolika.  Ċirillu miet fl-eta ta’ 70 sena fis-sena 386.

 

Reflection for 3/18/09www.apostleshipofprayer.org

San Ċirillu jibqa mfakkar għat-tagħlim li kien jagħti lil dawk li kienu qed jippreparaw biex issiru Nsara, wara l-Magħmudija.

Il-Ministeru Għat-Tisħib Tal-Adulti Fil-Ħajja Nisranija huwa programm li l-Knisja Kattolika għadha twettaq għal dawk li jkun ser issiru Nsara fil-Vġili tal-Għid.  Minbarra fil-Magħmudija jirċievu ukoll l-Ewwel Tqarbina u is-Sagrament tal-Griżma.

Dawk li tgħammdu meta kienu trabi, meta jikbru, ikomplu jirċievu it-tagħlim tad-Duttrina li tgħinhom issiru jafu xi tfisser li tkun Nisrani.  Meta jimmaturaw u jifhmu iżjed, jiriċievu il-maħfra fis-Sagrament tal-Qrar, jirċievu l-Ewwel Tqarbina u aktar tard jirċievu is-Sagrament tal-Griżma.

  • Ikkunsidra li tmur mat-tfal għal Quddiesa tal-Vġili tal-Għid biex tkunu preżenti għall-Magħmudija tal-Adulti.  Jew tistgħu tistaqsu l-Kappillan meta ser ikun hemm Magħmudija u attendi għaliha flimkien mat-tfal.
  •  Igħid lit-tfal id-data li fiha tgħammdu u wrihom iċ-Ċertifikat tal-Magħmudija.  Użaw kartonċina biex twaħħlu fuqha ritratti tal-Magħmudija; madwarhom iktbu l-isem tal-Knisja fejn tgħammdu, l-isem tas-Saċerdot li għammidhom, iktbu ukoll f’post prominenti id-data li fiha tgħammdu.

Mill-ħajja ta’ San Ċirillu tistgħu tieħdu l-opportunita li titkellmu dwar l-esperjenzi tagħhom meta ħassewhom esklużi, bhal jekk tħallew barra minn grupp, ma intgħażlux bħala parti mit-tim, jew kienu imweġgħa minn dawk li kienu ikkunsidrati bħala ħbieb.

Jekk jiġu d-dar u jaqsmu xi esperjenza tagħhom fejn tħallew barra, ismagħhom, ifhimhom u appoġġjawhom.  Tgħid xejn li jistgħu jifhmu li qed tgħidilhom biex jaġġixxu b’mod differenti biex jintgħoġbu.  

Evelwa is-sitwazzjoni, biex tara jekk l-esklużjoni qed issir xi forma ta’ ‘bullying’ sottili, minħabba l-fatt li din tista taffetwa l-imġieba u l-interazzjoni soċjali tagħhom.

Ħin tat-Talb mal-Familja

  • Mexxi talba ta’ ringrazzjament li intom membri tal-Familja ta’ Alla, bħala Kattoliċi permezz tal-Magħmudija.  Itolbu ukoll għal dawk li qegħdin jippreparaw għal Magħmudija fl-Għid l-ġej, għal missjunarji madwar id-dinja li qegħdin ixxandru u jagħmmdu lin-nies.
  • Tistgħu taraw:

The Apostles Creed  

Kif tuża dan l-ispazju

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tal-qaddisin tal-Knisja. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk dwar x'inhi l-qdusija u li jħeġġuk tgħix ħajja dejjem aktar qaddisa.