San Ġwann Neumann

5 ta' Jannar

San Ġwann Neumann twieled fl-1811 fil-Bohemia, illum magħruf bħala r-Repubblika Ċeka, li huwa pajjiż żgħir fl-Ewropa Ċentrali.  Huwa kien jaf li biex ikollu suċċess fil-ħajja, kien importanti li jkun jaf aktar lingwi minnbarra ilsien art twelidu. Fil-fatt huwa tgħallem sitt lingwi! 

Meta kien għadu żagħżugħ, Ġwann kien jaf li kien imsejjaħ biex issir Saċerdot.  Huwa beda l-istudji tiegħu għas-Saċerdozju, iżda meta spiċċa l-istudji tiegħu, ma setax issib Isqof biex jordnah Saċerdot.  Dak iż-żmien kien hemm ħafna Saċerdoti fl-Ewropa u ma kienx hemm parroċċa fejn jista jintbagħad.

Ġwann ma qatax qalbu. Huwa kiteb lill-Isqof ta’ New York, u talbu biex jaċċettah fid-Dijoċesi tiegħu. Huwa ġie aċċettat mill-Isqof ta’ New York.  Ġwanni telaq pajjiżu u mar New York, meta wasal kellu dollaru fil-but u bagalja bil-ħwejjeġ.

L-Isqof ta’ New York, ordnah Saċerdot u Ġwanni beda il-missjoni tiegħu jivvjaġġa fuq żiemel bejn parroċċa u oħra.  Kien jorqod ftit siegħat biss u l-parti l-kbira tal-ġimgħa kien jgħix fuq ħobż u ilma biss.

Wara xi żmien li Ġwanni għamel jaħdem waħdu, huwa ħass li il-vokazzjoni tiegħu kienet li jagħmel parti minn kommunita’ ta’ patrijiet.  Ġwanni ingħaqad mar-Redentoristi, Kongregazzjoni ta’ patrijiet li jgħixu f’kommunita marbutin bil-voti ta’ faqar, kastita u ubbidjenza.  Wara sitt snin, Ġwanni ġie maħtur bħala Superjur Provinċjali tar-Redentoristi fl-Istati Uniti u wara ġie maħtur bħala Isqof ta’ Philadelphia, Belt fl-Istati Uniti.

Bħala Isqof, kompla iwaqqaf parroċċi u skejjel ġodda fid-Dijoċesi tiegħu.  Huwa kellu jiffaċċja irvelli kontra l-Knisja Kattolika fejn ġew meqruda knejjes u kunventi.  Ġwann Neumann ippersevera fil-missjoni tiegħu, kompla jgħix ħajja sempliċi, qassam kull ma kellu, kien iżomm għalih dak biss li kien essenzjali.  Ġwanni miet b’attakk f’qalbu  f’l-eta ta’ 48 sena, meta kien miexi fit-triq waqt li kien qiegħed jaqdi id-dmirijiet tiegħu fid-Dijoċesi.  Il-Papa Piju XII faħħru minħabba fil-ħajja qaddisa tiegħu, il-ġentilezza tiegħu, ix-xogħol iebes li wettaq u minħabba l-ippjanar viżżjunarju tiegħu.

Il-kwalitajiet sbieħ ta’ San Ġwann Neumann għenuh iwettaq affarijiet sbieħ għal Alla.

Tkellmu mat-tfal dwar kif San Ġwann Neumann qatt ma qata qalbu li jilħaq l-għan tiegħu, li jwassal lill-Ġesu’ lin-nies fid-Dijoċesi tiegħu.

Ibdew konverżazzjoni mat-tfal dwar sitwazzjonijiet jew sfidi li qed issibu diffiċli biex iwettqu. Isma is-suġġerimenti ta’ kif jistgħu jegħlbu id-diffikultajiet tagħhom.  Enfasizza li is-sigriet hu li jibgħqu jippruvaw anki jekk ma jirnexxux mal-ewwel.

Għall-ħin ta’talb mal-familja:

  • Flimkien mat-tfal irringrazzjaw lill Alla tal-kwalitajiet sbieħ li tana. Ibdew it-talba billi tgħidu: Grazzi Mulej talli……….
  • Irringrazzjaw lill Alla għall-għalliema, katekisti li jippromovu l-edukazzjoni Kattolika.
  • Itolbu lill Alla biex ikompli jħares lill-Papa, L-Arċisqof, l-Isqfijiet, Kappillani u saċerdoti jew religjużi li tafu.
  • Għaċ-ċelebrazzjoni tal-festa tal-Epifanija, niftakru fil-perserveranza ta’ Tlett Slaten Maġi biex issibu lil Gesu Bambin li kien għadu kif twieled.

Iċċelebraw din il-festa bil-kant tal-innu ‘We Three Kings of Orient Are’.


Kif tuża dan l-ispazju

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tal-qaddisin tal-Knisja. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk dwar x'inhi l-qdusija u li jħeġġuk tgħix ħajja dejjem aktar qaddisa.