Minn suldat fl-Armata Spanjola, San Inazju ta’ Loyola sar suldat għal Ġesù.
F’din il-mixja tal-bidla fil-ħajja tiegħu hu wera kuraġġ, determinazzjoni li ma jaqtax qalbu u spiritwalità profonda li ssarrfet fi mħabba kbira lejn Ġesù.
Huwa waqqaf il-Kumpanija ta’ Ġesù, saċerdoti b’għanijiet bħal tiegħu, magħrufa aktar bħala Ġiżwiti. Minbarra djar tagħhom fejn jgħixu flimkien bil-voti t’ubbidjenza, faqar, kastità u vot speċjali t’ubbidjenza totali lejn il-Papa, għandhom ukoll djar fejn imexxu l-irtiri spiritwali, inkluż waħda f’Malta u oħra f’Għawdex. Dawn ikunu postijiet fejn nisa u rġiel jgħaddu xi ġranet ta’ talb u t’aktar għarfien fuq it-tagħlim Nisrani. Huma jmexxu wkoll il-Kulleġġ San Alwiġi f’Birkirkara. Kulleġġ fis-Sistema Edukattiva f’Malta hu wkoll imsemmi San Inazju.
Il-Papa Franġisku hu Ġiżwita.
San Injazju kien suldat imma minn dejjem kien iħobb lil Ġesù. Hu kien jiġġieled bix-xabla imma darba minnhom weġġa’. Wara li weġġa’ hu beda jaqra iktar dwar Ġesù u l-qaddisin u induna li dawn huma EROJ ukoll! Għalhekk hu xtaq li jkun suldat ta’ Ġesù billi jgħallem, jitlob u jgħix ħajja sabiħa għal Ġesù!