San Lawrenz

10 ta' Awwissu

It-tradizzjoni tilgħab parti important fil-wirt li ħallewlna l-Qaddisin tal-Knisja tal-bidu, għalhekk dak li nafu dwarhom huwa l-biċċa l-kbira meħud minn dak li intqal u mhux minn dak li inkiteb.

Huwa maħsub li San Lawrenz twieled fit-31 ta’ Diċembru fis-sena 225, ġo Huesca, belt Spanjola fir-Reġjun ta’ Aragona, din kienet tagħmel parti mill-provinċja Rumana. Il- ġenituri tiegħu huma Orenzio u Paċenzja u kienu wkoll minn l-istess reġjun, għalhekk m’hemm l-ebda dubju li San Lawrenz kien persuna vera fl-istorja.  

Lawrenz trabba fi ħdan familja Nisranija fejn irċieva edukazzjoni tajba fil-Fidi Nisranija.  Lawrenz ħass is-sejħa għas-Saċerdozju; huwa kien iltaqa ma Sistu l-Arċidjaknu ta’ Ruma li kien qiegħed iżżur Spanja dwar affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal-Knisja.  Sistu għaraf il-potenzjal ta’ Lawrenz, għalhekk stiednu immur Ruma miegħu.  Lawrenz ħalla pajjiżu u mar Ruma ma’ Sistu; meta Sistu sar Papa huwa ordna lil Lawrenz bħala djaknu u aktar tard Arċidjaknu ta’ Ruma.  Dan kien iffiser li Lawrenz kien l-ewwel fost seba djakni li servew l-knisja ta’ Ruma, huwa kellu pożizzjoni ta’ fiduċja u responsabilita li jieħu ħsieb il-finanzi tal-Knisja u tqassim ta’ karita’ lil-foqra.

Fis-sena 257, l-Emperatur Valerjanu beda persekuzzjoni kontra l-Insara, kif ukoll ssekwestra dak li kellha l-Knisja.  L-Insara ġew ipprojbiti li jipprattikaw il-Fidi tagħhom. Dawk li ma kienux jobdu l-Emperatur kienu jiġu ikkastigati jew isofru l-martirju.  Il-Papa Sistu irranġa biex ir-relikwi u oġġetti sagri jitieħdu f’post sigur, waqt li kompla jiċċelebra l-Quddies fil-katakombi.  Kienet waqt Quddiesa li l-Papa Sistu ġie arrestat u wara ingħata l-martirju.  Huwa maħsub li waqt li l-Papa Sistu kien qiegħed jittieħed il-ħabs, Lawrenz mar ħdejħ imnikket.  Il-Papa qalu li kienu jerġu jiltaqu 3’t ijiem oħra, filwaqt li qallu biex iqassam il-ġid kollu lil dawk fil-bżonn.  Lawrenz ma damx ma ġie arrestat ukoll, minbarra li ġie akkużat li kien Nisrani akkużawh ukoll li ma kienx radd lill-Emperatur il-ġid tal-Knisja.  Fi żmien qasir li għamel il-ħabs, Lawrenz kompla ixxerred il-Fidi, anki għammed lil xi ħabsin.

Kornelju, il-Prefett ta’ Ruma, ħass li Lawrenz kien tehdida għat-twemmien Ruman anki fil-ħabs, għalhekk offrielu l-ħelsien mill-ħabs jekk jippreżenta lill-Emperatur it-teżori tal-Knisja.  Lawrenz talbu 3’t ijiem biex jiġbor it-teżori tal-Knisja, meta wasal il-ħin stipulat Lawrenz ippreżentalu ġemgħa kbira ta’ anzjani, morda, għomja u persuni b’diżabilita u Lawrenz stqarr li dawn huma it-teżori tal-Knisja.

Għax Lawrenz ma riedx iqim l-allat pagani ġie ittorturat billi ġie marbut ma gradilja bin-nar jaqbad taħta biex ġismu jinħaraq bil-mod sa ma jmut.  Hemm xi studjużi li jgħidu li wara din it-tortura sofra l-martirju ta’ qtugħ ir-ras, mod popolari kif ir-Rumani kienu jagħtu l-martirju.

Tkellmu mat-tfal dwar x’jaħsbu fuq ir-risposta ta’ San Lawrenz lill-Emperatur rigward it-teżori tal-Knisja.

Illum nirreferru għal dawn it ‘teżori’ bħala ‘persuni bi bżonnijiet speċjali’.  Huma speċjali għaliex għandhom bżonn attenzjoni speċjali u imħabba speċjali.

  • Sib opportunitajiet biex toħloq attitudni ta’ inklużżjoni, tkellem mat-tfal dwar il-fatt li kulħadd huwa differenti għax kull persuna hija unika.  Minkejja id-differenzi iffukaw fuq dak li hu simili bħal kulur ta’ l-għajnejn u xagħar, ikel li jħobbu jieklu, delizzji u attivitajiet oħra.
  • Meta tinkoraġixxi dawn l-attitudnijiet tkun qed toħloq mentalita’ pożittiva minflok dik ta’ biża, skumdita u ‘bullying’, filwaqt li isaħħaħ il-valuri ta’ empatija u intelligenza emozzjonali
  • Ħeġġeġ it-tfal biex jistiednu xi ħabib jew ħabiba li għandhom bżonnijiet speċjali biex jieħdu sehem f’attivita’, biex joffru l-għajnuna tagħhom u biex ikunu paċenzjużi magħhom jekk jieħdu xi ftit tal-ħin biex jagħmlu xi attivita.

    Forsi hemm minn għandu tfal bi bżonnijiet speċjali.  Għajnuna professjonali tista tkun ta’ għajnuna biex titrawwem attitudni pożittiva biex jingħelbu biżgħat, ħsibijiet u ansjeta. San Lawrenz kellu rispetti kbir lejn l-Isqof tiegħu, bħala dik il-persuna li saħħaħlu il-Fidi u resqu lejn Kristu l-Mulej

Flimkien mat-tfal, semmu b’isimhom lil dawk li qed immexxuhom l-quddiem fil-ħajja tal-Fidi.  Tistgħu ssemmu il-katekisti, l-għalliema ta’ l-iskola.  Żidu ukoll is-Saċerdoti tal-Parroċċa, l-Arċisqof u l-Isqfijiet l-oħra.

  • Tista turihom ritratt tas-Saċerdot li għammidhom u ta’ l-Isqof li għamlilhom l-Griżma.
  • Faħħar lil Alla jekk iżiduk fil-lista wkoll!

Ħin tat-Talb mal-Familja

  • Oħloq atmosfera ta’ talb id-dar, u ibda billi tgħid lit-tfal li Ġesu’ kellu mħabba kbira għal persuni bi bżonnijiet speċjali.
  • Mill-Bibbja aqraw mill-Evanġelju ta’ San Mattew 9:35-38.

Araw: Top 4 Jesus Christ Healing Miracles:  

– Itolbu għal persuni bi bżonnijiet speċjali biex issibu imħabba u għajnuna f’ħajjithom
– Itolbu ukoll għal dawk li huma ippersegwitati minħabba l-Fidi fi żmienijietna biex iżommu sħaħ fil-Fidi. 

Kif tuża dan l-ispazju

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tal-qaddisin tal-Knisja. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk dwar x'inhi l-qdusija u li jħeġġuk tgħix ħajja dejjem aktar qaddisa.