San Pietru u San Pawl

29 ta' Ġunju

San Pietru u San Pawl jirreferu għalihom bħala “l-Kolonni tal-Knisja”. Għax it-tnejn kienu appostli importanti fit-twaqqif tal-Knisja.

Mod sabiħ biex tiċċelebra l-festa ta’ dawn iż-żewġ Qaddisin u biex iġġib dawn il-personalitajiet ħajjin għat-tfal huwa li tgħaddu flimkien ftit minuti taħsbu fuq il-ħajja tagħhom, mhux biss billi tħarsu lejn il-pitturi jew l-istatwi tagħhom.

Probabilment it-tfal diġà jkunu jafu xi rejaltajiet minn ħajjithom.

San Pietru

Pietru kien raġel maħbub, xi drabi nervuż, imma prattiku. Xi kultant kien juri ċertu debbulizzi meta jkun innervjat. Kien raġel miżżewweġ, sajjied minn Betsajda fil-Galilea. Ġesu’ sejjaħlu biex ikun wieħed mill-aktar viċin tiegħu, appostlu. Tah missjoni speċjali, u biddillu ismu minn Xmun għal Pietru li jfisser “Blata” għax hu kellu parti importanti mit-twaqqif tas-Saltna ta’ Alla fi’din id-Dinja.

Hu kien ma’ Ġesu’ waqt mumenti importanti fit-twaqqif tal-ministeru pubbliku tiegħu, meta kien qed jivjaġġa fil-Galilea u l-Ġudeja. 

Hu ra lil Ġesu’ jagħmel il-mirakli, semgħu jgħallem dwar l-imħabba t’Alla u tal-proxxmu. Kien miegħu fit-Trasfigurazzjoni, fl-Aħħar Ċena fl-Ort tal-Ġetsemani. Minkejja li kien ħafna viċin ta’ Kristu, hu ċaħdu u jidher li ma kienx hemm meta Ġesu’ miet fuq is-salib!

Imma kien hu l-ewwel wieħed li daħal fil-qabar vojt wara l-Qawmien u ddikjara l-indiema tiegħu lil Ġesu Rxuxtat, waqt li pproklama l-imħabba tiegħu lejn l-Imgħallem tiegħu u wiegħed il-fidi tiegħu fiH. Ġesu ma għajjatx miegħu imma HU sempliċiment staqsa lil Pietru jekk kienx iħobbu! Bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu Hu kien l-ewwel wieħed li ppriedka dwar Ġesu’ lill-folol kbar f’Pentekoste!

Wara mar Ruma fejn ippriedka u kien imsallab meta l-Kristjani kienu ppersegwitati mill-Imperatur Neruni.

San Pawl

Pawlu kien iżgħar minn Pietru pero’ ma kienx sajjied. Is- sengħa tiegħu kienet li jagħmel it-tined. Hu kien raġel intelliġenti, jaf iħobb, lejali u kuraġġuż. Hu kien mexxej iddedikat għall-missjoni tiegħu li jifrex il-fidi tiegħu f’Ġesù Kristu. Għalhekk hu kien ikkunsidrat bħala appostlu avolja hu ma kienx wieħed mit-tnax. Hu kkunsidrat ukoll bħala l-akbar missjunarju Kristjan għax hu vjaġġa minn pajjiż għall-ieħor madwar il-Mediterran iwaqqaf komunitajiet Kristjani. 

Ħafna drabi San Pawl kien imsemmi bħala Fariżew li kien jippersegwita lil dawk li kienu jimxu wara Ġesu’ u li hu stess sar jemmen fiH u ta ħajtu għaliH. Il-konverżjoni ta’ Pawlu kienet trasformazzjoni. Pawlu kellu fidi qawwija fit-twemmin Judajku, il-Liġi li kienet mgħoddija minn Mose’, allura kien iħares lejn l-Insara bħala theddida għal dan it-twemmin. Hu inbidel meta ltaqa’ ma’ Ġesu’ fi triqtu lejn Damasku. L-isfida tiegħu kienet li jikkonvinċi lill-Appostli u lill-Kristjani Lhud, magħrufa bħala ġentili, li dawk li ma kienux Lhud setgħu jitgħammdu mingħajr ma jkollhom qabel iħarsu r-regoli tal-Lhud. Hu kien il-persuna l-aktar importanti li bena l-pont bejn it-Testment il-Qadim u l-Kristjaneżmu tal-Ġdid Testment.

L-Ittri tiegħu fil-Ġdid Testment jipprovdu tagħlim profond fuq il-Kristjaneżmu. Fl-aħħar vjaġġ tiegħu ra l-għarqa f’Malta, fi triqtu lejn Ruma fejn kien maqtul billi qatgħulu rasu waqt il-persekuzzjoni tal-Imperatur Neruni. 

Wieħed jista’ juża l-Bibbja tat-Tfal biex jespandi fuq il-ħajja ta’ dawn iż-żewġ qaddisin. 

Mill-ħajja ta’ San Pietru agħti importanza mhux biss li titlob skuża għall-affarijiet li mhux suppost għamilna , imma wkoll għal dawk l-affarijiet li kellna nagħmlu u m’għamlihomx.

Tkellem fuq li għandna naċċettaw bis-sinċerità l-iskuża ta’ dawk li jkunu weġġgħuna, mingħajr ma nibqgħu nżommu f’qalbna għal min itrattana ħażin.

Minn San Pawl napprezzaw kif il-ħajja ta’ Pawlu nbidlet meta hu ltaqa’ ma’ Ġesù. Hu tkellem fuqu ma’ kull min iltaqa’ mingħajr distinzjoni ta’ razza, kulur jew twemmin.

Ħalli t-tfal jissuġġerixxu x’kienu jagħmlu huma kieku kellhom jiltaqgħu ma’ Ġesù!

Għinhom isibu persuna waħda li huma qatt ma kienu kellmu għax iħossu li hu jew hi kien differenti. Ghinhom jiddeċiedu kif se jkellmuhom. 

Għal ħin it-talb iddedika ftit ħin biex “tiltaqa’ ma’ Kristu wiċċ imb’wiċċ”.  Issuġġerixxi: “Ġesu jien nixtieq inkun il-ħabib tiegħek.”

Il-qaddisin Pietru u Pawlu iddedikaw ħajjithom biex jgħallmu lin-nies li Kristu hu l-Iben t’Alla, u d-dawl li jiddi f’ħajjitna. Aħna nkunu nxerrdu d-dawl tiegħU meta nħobbu lil xulxin bħalma ħabbna Hu. 

Kif tuża dan l-ispazju

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tal-qaddisin tal-Knisja. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk dwar x'inhi l-qdusija u li jħeġġuk tgħix ħajja dejjem aktar qaddisa.