
Santa Klara twieldet fis-16 ta’ Lulju fl-1193, f’Assisi, l-Italja. L-isem ta’ Santa Klara huwa marbut mas-sejħa Franġiskana. Hi għexet f’Assisi, fejn segwiet it-tagħlim ta’ San Franġisk u fejn għexet ħajja ta’ faqar b’dedikazzjoni lil Alla.
Tfajliet oħra segwew il-passi tagħha u flimkien ma’ Santa Klara kienu l-ewwel sorijiet fit-Tieni Ordni li waqqaf San Franġisk nnifsu, wara dik tal-Patrjiet Franġiskani.
Illum dawn is-sorijiet huma magħrufa bħala l-Klarissi. Is-sorijiet tal-klawsura jiddedikaw ħajithom għas-silenzju, it-talb u l-penitenza.
F’Malta għandna monasteru tal-Klarissi f’San Ġiljan.
Wara li kienet semgħet lil San Franġisk jitkellem dwar Ġesù, Santa Klara xtaqet tiddedika ħajjitha kollha lil Alla. Għall-ewwel, il-familja tagħha ma rrispettatx id-deċiżjoni tagħha, iżda hija żammet ma’ din id-deċiżjoni għax verament kienet tħobb lil Alla. Maż-żmien, xi membri tal-familja wkoll ingħaqdu magħha fil-ħajja reliġjuża.
