Nistgħu ngħidu li ma kien hemm xejn speċjali fil-ħajja ta’ Santa Margerita Marija. Ma kienetx martri, ma kienetx għarfa lanqas hi duttur tal-Knisja. Fil-fatt dawk li kienu jafuha iddiskrivewha bħala persuna sempliċi, umli, qalba tajba, paċenzjuża, tagħmel l-affarijiet bil-mod u tagħmel ħafna żbalji!
Santa Margerita Marija twieldet fis-27 ta’ Lulju 1647 ġewwa Franza. Il-familja tagħha kienet meqjusa bħala waħda sinjura. Kellha devozzjoni kbira lejn Ġesù fis-Santissmu Sagrament, minħabba din id-devozzjoni ingħatat il-permess li tirċievi l-ewwel tqarbina f’l-eta ta’ disa snin. Dak iż-żmien l-ewwel tqarbina kienet issir meta it-tfal kienu jkunu ta’ eta ikbar.
Kien f’dan iż-żmien li Margerita mardet u damet marida għal 4 snin sħaħ! Għamlet wegħda mal-Madonna li jekk tfieq tidhol soru. Wara li għamlet din il-wegħda, Margerita ħadet saħħitha lura u bħala tifkira żiedet l-isem ta’ Marija ma’ l-isem tagħha. Ftit wara il-fejqan tagħha, miet missierha u il-ġid kollu tal-familja ittieħed minn membru tal-familja u minħabba f’hekk il-familja spiċċat fqira.
Il-ħajja ta’ Margerita Marija bdiet tieħu xejra Pożittiva meta il-familja tagħha irnexielha tikseb lura il-ġid ta’ missierha. Margerita Marija issa kellha 17-il sena u bdiet tattendi għal attivitajiet soċjali u anki bdiet tikkonsidra iż-żwieġ. Margerita Marija bdiet temmen li il-wegħda li għamlet li ssir soru kienet xi ħaġa li ħarġet mill-qalb ta’ tifla żgħira u ma kienetx obligata li żżomm il-wegħda.
Imma Alla kellu pjanijiet oħra għal Margerita Marija. Darba, wara li ġiet lura minn ‘party’ tal-Karnival liebsa ilbies mill-isbaħ, kellha dehra ta’ Ġesù, kif kien waqt il-Passjoni Tiegħu liebes il-kuruna tax-xewk. F’din id-dehra Ġesù fakkarha fil-wegħda li kienet għamlet li tidħol soru. Minn dak il-ħin stess Margerita Marija bidlet ħajjietha.
Margerita Marija daħlet soru tal-klawsura. Il-ħajja tagħha tbidlet kompletament meta bdiet ikollha dehriet ta’ Ġesù’ u talabha biex ixxandar l-imħabba Tiegħu lejn il-bniedmin permezz tad-devozzjoni lejn il-Qalb Imqaddsa Tiegħu. Ġesù talab li f’l-ewwel Ġimgħa tax-xahar kulħadd iqerr, u jitqarben u li issir addorazzjoni ta’ Ġesù fis-Santissmu Sagrament il-Ħamis, lejlet l-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Dan kellu jsir bi spirtu ta’ imħabba u devozzjoni lejn dak kollu li Ġesu’ bata għalina u għal imħabba kbira li għandu għalina.
Il-missjoni ta’ Margerita Marija kienet diffiċli ħafna minħabba li kien hemm min ma bediex jemmen fid-dehriet u il-messaġġi li Margerita Marija irċeviet mingħand Ġesù. Batiet ħafna minħabba li dawk li ma kienux jemmnuha kienu ħuta is-sorijiet u is-saċerdoti. Kien hemm min kien sejjħilha gidieba.
Imma, bil-għajnuna ta’ Alla u permezz tas- sapport u tmexxija tad-direttur spiritwali tagħha, l-oppożizzjoni spiċċat u id-devozzjoni lejn il-Qalb ta’ Ġesù bdiet tinxterred, l-ewwel fil-kommunita reliġjuża taghha u wara mad-dinja kollha.
Margerita Marija mietet f’l-eta ta’ 43 sena. Id-devozzjoni lejn il-Qalb ta’ Ġesù għadha magħna sal-lum.