Hello Tfal!
Ġesù kien Re imma mhux bħar-rejiet tad-dinja li jgħixu fil-palazzi, għandhom ħafna flus, jgħixu ħajja komda u jibżgħu ibatu għall-oħrajn. Ġesù twieled f’Betlem, mexa t-triq tal-Kalvarju u miet fuq is-salib. Għalhekk jgħallimna li biex veru ngħixu ħajja ta’ slaten għandna ngħixu ħajja sempliċi, naqdu u nħobbu lil xulxin, nagħmlu dmirna sew u nagħmlu dejjem dak li hu tajjeb. Il-Prayer Space tal-lum jisimha: Sultan Ġust.
Għandna bżonn:
Ħares ftit lejn it-tikketti ta’ nkoraġġiment fil-folja. Ġesù pprattika dawn it-tikketti kollha. Mill-folja tal-karti għażel tikketta. Meta tagħżilha pinġi t-tikketta fuq il-karta l-bajda jew tal-kulur (jew jekk trid tista’ tuża’ l-mudell). Fuq naħa ikteb it-tiketta li għażilt eż. Il-ferħ, u fuq in-naħa l-oħra ikteb talba biex Alla jgħinek tkun sultan ġust bħal Ġesù billi twassal il-ferħ tiegħu kull fejn tkun.
Saħħa tfal!
Sakemm nerġgħu niltaqgħu.