Darba waħda Ġesù qalilna storja dwar il-qamħ u s-sikrana biex nifhmu x’inhi s-Saltna t’Alla. Dawn jikbru flimkien fl-istess għalqa. Hu jqabbel il-qamħ mat-tajjeb u s-sikrana mal-ħazin.
- Agħlaq is-swaba ta’ jdejk biex tifforma thumbs down. Aħseb fid-drabi meta inti għamilt xi azzjoni ħazina bħal għidt xi kliem iebes u li jweġġa lil xi ħadd. Issa ħu l-kartonċina u fuqha pinġi l-forma ta’ jdejk b’thumbs down u aqta’ madwarha. Ikteb jew pinġi dwar dak li ħsibt fuq il-kartoncina.
- Agħlaq is-swaba ta’ jdejk biex tifforma Thumbs Up. Aħseb fid-drabi meta inti għidt kliem ta’ nkorraġġiment lil xi ħadd, waqqaft xi ġlieda u b’hekk ġibt il-paċi u l-armonija. Ħu l-kartoncina u fuqha pinġi l-forma ta’ jdejk b’thumbs up u aqta’ madwarha. Ikteb jew pingi dwar dak li ħsibt fuq il-kartoncina.
- Ejja nagħlqu ftit għajnejna u nitolbu lil Alla jgħinna biex bħaż-żerriegħa tal-qamħ, nikbru aktar f’persuni tajba u nkunu iktar t’eżempju tajjeb.