Talb roża

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-Pink October

L-attivitajiet ta’ Pink October isiru kull sena f’Malta u madwar id-dinja biex ngħinu lill-pazjenti li jbatu bil-kanċer tas-sider u lill-familji tagħhom. Din l-attivita’ tgħin biex nifhmu kif tista’ tipprevjeni u tikkura din il-marda u biex jinġabru fondi għall-pazjenti bil-kanċer tas-sider. Il-flus li jinġabru waqt Pink October jingħataw ukoll lil dawk l-għaqdiet li jagħmlu riċerka importanti dwar il-prevenzjoni u l-kura tal-kanċer.

Din ir-rokna ta’ talb jisimha Talb Roża.

Ikollok bżonn:

  • Kuruna tar-Rużarju roża (jew xi kulur ieħor)

Istruzzjonijiet

  • Aħseb fit-tfal, żgħażagħ u adulti li mardu bil-kanċer tas-sider u fil-familji tagħhom. Irrifletti fuq kif iħossuhom u x’ikollhom bżonn. 
  • Aqbad il-kuruna tar-Rużarju u għid għaxar Sliema u Qaddisa għall-pazjenti tal-kanċer u l-familji tagħhom.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.