Darba waħda Ġesù qalilna storja dwar iż-żerrriegħa tas-sikrana u l-qamħ li jikbru flimkien fl-istess għalqa. Din l-istorja qalilna biex nifhmu x’inhi s-Saltna t’Alla. Huwa jqabbel is-sikrana ma’ persuni li jagħmlu l-ħażin u jqabbel il-qamħ ma’ persuni li jagħmlu t-tajjeb.
Kemm inħossuna ferħanin meta nkunu mdawrin bi ħbieb u persuni oħra li jkunu twajba magħna u jgħinuna nikbru bl-aħjar mod. Għall-kuntrarju, inħossuna vera mdejqin meta xi ħbieb jew persuni oħra jagħmlulna affarijiet ħżiena li jfixxkluna milli nikbru sew; bħal per eżempju meta jaqbdu magħna għal xejn, jgħajjruna jew jibbuljawna.
Qatt ħsibt kif bħaż-żerriegħa tas-sikrana u l-qamħ, tista’ inti ukoll tkun qed tiżra’ kemm il-ħażin jew it-tajjeb f’qalbek stess?
Il-prayer space li ser nagħmlu jisimha Thumbs Up – Thumbs Down u għaliha għandna bżonn:
2 Kartonċiniet ta’ daqs A4, Markers, Lapes jew biro.
Agħlaq is-swaba ta’ jdejk biex tifforma Thumbs Down. Aħseb fid-drabi meta inti għidt xi kliem iebes u li jweġġa lil xi ħadd. Jew forsi meta int stess kont li qbadt ġlieda, għajjart jew ibbuljajt lil xi ħadd. Issa ħu l-kartoncina u fuqha pinġi l-forma ta’ jdejk b’thumbs down u aqta’ madwarha. Ikteb jew pinġi dwar dak li ħsibt fuq il-kartoncina.
Issa agħlaq is-swaba ta’ jdejk biex tifforma Thumbs Up. Aħseb fid-drabi meta inti għidt kliem ta’ nkorraġġiment lil xi ħadd, waqqaft xi ġlieda u b’hekk ġibt il-paċi u l-armonija. Issa ħu l-kartoncina u fuqha pinġi l-forma ta’ jdejk b’thumbs up u aqta’ madwarha. Ikteb jew pingi dwar dak li ħsibt fuq il-kartoncina
Issa ejja nagħlqu ftit għajnejna u nitolbu lil Alla jgħinna biex bħaż-żerriegħa tal-qamħ, nikbru aktar f’persuni tajba u li nagħtu eżempju tajjeb.
Dendel il-kartoncin b’Thumbs Up u Thumbs Down fejn tarahom biex tiftakar twarrab dak li hu ħażin u tapprezza dak li hu tajjeb u sabiħ f’ħajtek għall-ġid tiegħek u tal-oħrajn.
Talba għall-ħbieb tagħna
Illum tlabt talba għalik,
u naf żgur li Alla semmagħha
għax ħassejt tweġiba f’qalbi
għalkemm ma smajtx kliem.
Ma staqsejtx għal ħafna flus jew fama,
għax naf li ma jimpurtakx minnhom,
iżda tlabtu jibgħatlek rigali
li ma jispiċċaw qatt.
Talbtu jkun qrib tiegħek
fil-bidu ta’ kull ġurnata
u li jagħtik saħħa u barka
u ħbieb biex jakkumpanjawk.
Tlabt ukoll biex tkun ferħan/a
f’kull ħaġa li tagħmel, kbira jew żgħira,
iżda tlabt l-aktar
biex hu jibqa’ jieħu ħsiebek.