Żur il-Liturġija tal-Ħadd
KKK 2207:
Il-familja hi dik il-komunità li fiha, sa mit-tfulija, wieħed jista’ jitgħallem il-valuri morali, jibda jagħti ġieħ lil Alla u jitgħallem juża sewwa l-libertà tiegħu. Il-ħajja fil-familja hi d-dħul għall-ħajja fis-soċjetà.
Għan tal-laqgħa:
Prayer Table:
Riżorsi u tħejjija qabel il-laqgħa:
Song: Say please, sorry and thank you
Tajjeb li niftakru:
Inkunu sensittivi għas-sitwazzjonijiet varji li t-tfal ġejjin minnhom. Minbarra l-familja mqaddsa, l-ebda familja ma hi ideali. Inkunu attenti jekk xi tfal ma jkunux qed iħossuhom komdi li jitkellmu, l-anqas ma nħalluhom jitkellmu dwar affarijiet personali tal-familja tagħhom, inkunu prudenti u ndawru d-diskors. It-tfal ma hemmx għalfejn jidħlu f’dettall speċjalment jekk huma jgħixu fi djar differenti matul il-ġimgħa (minħabba separazzjoni/divorzju). Inwasslu l-messaġġ li Alla jħobb lil kulħadd.
Talba:
Radd tas-salib
Grazzi Ġesù ta’ din il-ġurnata. Grazzi tar-rigali sbieħ li għandi, tad-dinja, tal-ħolqien, tal-ħbieb u ħafna nies li jħobbuni u jgħinnuni.
Il-laqgħa:
Ġesù kellu familja. Tafu min kienet il-familja ta’ Ġesù?
Il-Madonna kienet il-mama tiegħu u San Ġużepp il-papa. Kienu joqgħodu f’raħal żgħir jismu Nazaret. Ġużeppi kien mastrudaxxa, kien jagħmel affarijiet differenti mill-injam. Ġesù kien jgħinu lil San Ġużepp u anke lill-Madonna kien jgħina wkoll. Kienu jieklu flimkien u anke jitolbu flimkien ukoll. Ġieli kienu jiltaqgħu mal-ħbieb u jagħmlu festa. Il-familja mqaddsa hija l-Madonna, San Ġużepp u Ġesù.
Aħna wkoll ngħixu f’familja. Bħal familja mqaddsa aħna nħobbu lil xulxin u ngħinu lil xulxin ukoll.
Inħallu lit-tfal isemmu l-membri tal-familja tagħhom.
Nuru l-istampi li ppreparajna u nħallu lit-tfal jiddeskrivu x’qed jaraw
Nistaqsu:
X’qed jagħmlu?
Kif nafu li jħobbu lil xulxin?
Kif tista’ turi li jien tħobb lill-familja tiegħek? Inħallu lit-tfal jagħtu eżempji. Nitkellmu dwar l-użu tal-kliem please, thank you, sorry u nisimgħu s-song.
Kif nafu li qed jgħinu lil xulxin?
Inti kif tista’ tgħin lill-familja tiegħek? Inħallu lit-tfal jagħtu eżempji.
Aħna kuljum nieklu imma xi drabi dawn l-ikliet ikunu aktar speċjali. Nuru stampi ta’ ikliet tal-Milied, birthdays, picnics. Inħallu lit-tfal jitkellmu dwar dawn l-okkazzjonijiet u kif iħossuhom meta ikla tkun aktar speċjali
Talba:
Grazzi Ġesù tal-familja tiegħi, tan-nies li jħobbuni,
Grazzi li nistgħu (ħalli lit-tfal isemmu dawk l-affarijiet li jagħmlu flimkien mal-familja tagħhom …. Jieklu, jilgħabu, jitolbu)
Ġesù, Ġużeppi u Marija għinnuna meta nkunu d-dar
Ġesù, Ġużeppi u Marija għinnuna meta nkunu l-iskola
Ġesù, Ġużeppi u Marija għinnuna meta nkunu qegħdin nilgħabu
Ġesù, Ġużeppi u Marija għinnuna meta nkunu qed ngħinu lill-oħrajn.
Ġesù, Ġużeppi u Marija għinnuna biex inħobbu lill-familha tagħna, kif intom kontu tħobbu lil xulxin.
Ammen.
Lill-familja:
F’din il-laqgħa t-tfal tgħallmu li:
Sibu ħin, forsi waqt l-ikla tal-Ħadd u tkellmu dwar dak li tieħdu gost tagħmlu flimkien bħala familja. Kulħadd għandhu jingħata ċans jitkellem. Ħudu nota ta’ dak li jgħid kulħadd biex kemm hu possibli żżidu minn dawn l-okkażżjonijiet li ssemmew.
Mill-Bibbja:
Jekk jiena nxandar l-Evanġelju ma għandix biex niftaħar; jien obbligat nagħmlu dan. Ħażin għalija jekk ma nxandarx l-Evanġelju. (1 Kor 9, 16)
Għan tal-laqgħa
Prayer Table
Riżorsi u tħejjija qabel il-laqgħa
Talba
Radd tas-salib.
Grazzi Ġesù ta’ din il-ġurnata u li aħna qed nerġgħu niltaqgħu biex nitgħallmu aktar dwarek. Għinna biex noqgħodu attenti għal dak li ser nisimgħu llum.
Il-laqgħa
Nibdew billi nuru l-istorja, The very hungry caterpillar.
Issa se nisimgħu dwar xi ħadd li nbiddel ħafna ukoll, l-istess kif inbiddel il-caterpillar u sar farfett sabiħ. Dan kien jismu Pawlu.
San Pawl sar jaf lil Ġesù b’mod differenti mill-appostli.
Darba, f’belt jisimha Tarsus, twieled tifel, u l-ġenituri tieghu semmewh Sawl. Il-papa tiegħu kien jagħmel it-tined. U meta kiber Sawl beda jitgħallem jagħmel it-tined huwa ukoll. (uri l-istampi)
Kien jitgħallem ukoll dwar Alla u lil Alla kien iħobbu ħafna. Hu kien iħobb jitgħallem u mar jistudja Ġerusalemm. It-teacher tiegħu kien jismu Gamaljel. Sawl kien jobdi l-liġi ta’ Alla u ma kienx jemmen li Ġesù kien il-Messija. Għalih dawk li kienu jemmnu f’Ġesù ma kienux iħobbu lil Alla. Għalhekk kien wieħed minn dawk li kien jaqbad lil dawn in-nies li jemmnu f’Ġesù u jixħithom il-ħabs.
Darba kien sejjer Damasku biex jaqbad lil dawn in-nies u fit-triq ra dawl qawwi ħafna u Sawl waqa’ mal-art. Sema leħen jagħajjatlu u meta staqsieh min kien qallu: “Jien Ġesù ta’ Nazaret, li int qiegħed tippersegwitani.” Ġesù bagħat lil Sawl għand wieħed jismu Ħananija u dan għallem lil Sawl dwar Ġesù. U Sawl sar jemmen fih.
Issa Sawl, li bdew jgħajtulu Pawlu beda jgħallem dwar Ġesù u dawk li qabel kienu ħbieb tiegħu bdew jippruvaw jaqbduh biex jitfgħuh il-ħabs u joqtluh!
Pawlu kien imur ħafna postijiet biex jgħallem dwar Ġesù u darba ġie Malta ukoll! Huwa anke ltaqa’ mal-ħbieb ta’ Ġesù fosthom San Pietru u San Luqa. (mapep tal-vjaġġi ta’ San Pawl)
Lil dawk il-pajjiżi li kien imur għandhom kien ikompli jibgħatilhom l-ittri b’aktar tgħallim dwar Ġesù. Dawn l-ittri nsibuhom fil-Bibbja.
Staqsu:
Taħsbu li San Pawl sar bniedem aħjar wara li ltaqa’ ma’ Ġesù? (iva)
Għalfejn? (għax sar jgħix kif xtaq Ġesù)
Aħna nistgħu nkunu bħal San Pawl u ngħixu kif jixtieq Ġesù? (iva)
Kif? (inkunu ħbieb ma’ kulħadd, ngħinu, inħobbu lill-ġenituri tagħna, nitolbu …)
Jista’ jintwera l-clip From Saul to Paul minflok ma tingħad l-istorja.
Talba
Radd tas-salib.
Ġesù, illum smajna dwar San Pawl u kif sar ħabib tiegħek. Aħna wkoll irridu nkunu ħbieb tiegħek, biex bħal San Pawl, ninbidlu u nsiru tfal aktar bravi.
Lill-familja
F’din il-laqgħa t-tfal tgħallmu:
Għal-laqgħa oħra
Għid lit-tfal iġibu ritratt tal-familja tagħhom
L-għan ta’ bekids.mt hu li joffri formazzjoni kateketika komprensiva għat-tfal u għall-adolexxenti li qegħdin jippreparaw biex jirċievu s-sagramenti.