Il- Beatitudnijiet huma stedina għal kulmin jixtieq jgħix fil-ferħ u l-hena veri. Il- Qaddisin kollha huma xhieda li kulħadd jista’ jesperjenza l-hena u jgħix ferħan fil-mumenti differenti li ngħaddu minnhom matul il- ħajja tagħna. Dak li d-dinja tqis bħala traġiku u tellef,
Ġesù jarah bħala barka: l-umiltà, id-dispjaċir ħabba l-mewt ta’ xi ħadd għażiż, il-ġentilezza, l-paċi u virtujiet oħra.
‘Henijin dawk ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom b’wirthom l-art. Probabilment nafu b’persuni b’qalb ħelwa li urewna rispett u attenzjoni. Nies li qasmu magħna kliem ta’ għerf, inkoraġġiment u ħniena.
F’ Jum il-Qaddisin Kollha aħna grati għall-ħajja ta’ tant nies ta’ kull età li l-azzjonijiet u l-kliem tagħhom kienu jirriflettu l-qalb safja u ħelwa tagħhom. Tajjeb li nirringrazzjaw lil Alla li permezz tagħhom stajna nduqu togħma ħelwa fil-ħajja speċjalment fi żminijiet ta’ sfida.
Il-prayer space li ser nagħmlu llum jisimha Togħma Li Tibqa’ u għaliha għandna bżonn:
Ħu ftit ħin biex taħseb dwar persuna b’ qalb ħelwa li ħalliet toghma ħelwa f’ ħajtek.
Pawza
Agħlaq għajnejk u rringrazzja lil Alla għal din il-persuna li ħalliet togħma ħelwa f’ħajtek. Tista’ wkoll titolbu jgħinek turi rispett lil-oħrajn billi taħseb, tgħid u tagħmel kollox bil-ħlewwa.
Fuq il-karta b’ forma ta’ ħelwa, pinġi jew ikteb messaġġ mimli ħlewwa. Weħħel il- karta b’ forma ta’ ħelwa mal-popsicle u poġġiha x’imkien fejn tħalli togħma ħelwa fil-ħajja ta kul min jaraha.