Yom Kippur

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba tal-istudent

Qatt iċċelebrajt festa importanti flimkien mal-kumplament tal-komunità tal-Knisja? Festa importanti li tiċċelebra l-komunità Lhudija hija l-Yom Kippur. F’din il-festa, jixgħelu x-xemgħat u wara li jbierku lil Alla, isumu, jitolbu u jimmeditaw fuq l-affarijiet tajbin u oħrajn ħżiena li jkunu għamlu matul is-sena. Waqt li jitolbu lil Alla biex jaħfrilhom, huma jwiegħduH li se jagħmlu kulma jistgħu biex ma jerġgħux. Bħalhom inti mistieden biex:

  • Tixgħel xemgħa minn dawn pprovduti.
  • Ħares fiss lejn il-fjamma u bierek lil Alla bħala Mulej, Sultan tal-univers li jagħtina l-ħajja u jsostnina.
  • Ħu ftit ħin biex taħseb dwar it-tajjeb u l-ħażin li għamilt matul din is-sena.
  • Itlob lil Alla biex jaħfirlek u waqt li titfi x-xemgħa wegħdu li se tagħmel kulma tista’ biex ma tirrepetix dawn id-dnubiet. Tista’ wkoll tipprepara biex tqerr.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.