Zoom chat

Spazju ta’ talb fid-dar u Talba għall-kommunikazzjoni aħjar

Hello Tfal,

Żgur li xi darba jew oħra kontu f’xi laqgħa jew f’lezzjoni permezz ta’ Zoom jew Teams. Kulħadd se jibqa’ jiftakar l-online schooling. Zoom, Teams u pjattaformi oħra kienu modi kif stajna nikkomunikaw flimkien biex nkomplu nsaħħu r-relazzjonijiet ta’ bejnietna. It-teknoloġija kull ma jmur dejjem tavvanza, huwa importanti li nżommu ruħna aġġornati ma’ dak li toffrilna d-dinja teknoloġika u nużawha dejjem b’modi tajbin. Il-Prayer Space tal-lum jisimha Zoom Chat.

Għaliha wieħed għandu bżonn:

  • laptop jew tablet
  • app taz-zoom (jekk hu possibli)

Jekk tista’ idħol f’Zoom jew Teams u oħloq meeting. Aħseb f’xi nies li ġie li għamilt komunikazzjoni magħhom permezz ta’ pjattaformi differenti tat-teknoloġija. Tkellem ma’ Alla u rringrazzjah għal dawn in-nies li kkomunikajt magħhom fuq Zoom jew xi pjattaforma oħra, u talli tak il-grazzja li tagħraf kif tuża mezzi differenti tat-teknoloġija b’mod tajjeb.

Saħħa tfal!

Sakemm  nerġgħu niltaqgħu.

Kif tuża din il-paġna

Alla jkellimna b'ħafna modi, inkluż permezz tat-talb li nitolbu fid-djar tagħna. Hawnhekk tista' ssib tagħrif u attivitajiet li jistgħu jgħallmuk modi differenti ta' kif titlob u jħeġġuk tieħu r-relazzjoni tiegħek m'Alla b'aktar serjetà.